+Artikolu 30 2

Artikolu 30 2

2.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-bażi tad-data għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

lista ta’ pajjiżi terzi fejn iż-żejt mhux maħdum, il-gass naturali jew il-faħam huwa prodott u li minnhom jiġu esportati lejn l-Unjoni;

(b)

għal kull Stat Membru jew pajjiż terz imsemmi fil-punt (a) l-informazzjoni li ġejja:

(i)

jekk għandux miżuri regolatorji obbligatorji fis-seħħ dwar l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, li jkopru l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament rigward il-kejl, ir-rappurtar, il-verifika u l-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, b’mod partikolari restrizzjonijiet dwar l-ivventjar u l-ivvampjar;

(ii)

jekk iffirmax il-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u jekk ingħaqditx mal-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan;

(iii)

jekk jippreżentax rapporti tal-inventarju nazzjonali skont ir-rekwiżiti tal-UNFCCC, fejn applikabbli;

(iv)

jekk ir-rapporti tal-inventarju nazzjonali sottomessi skont l-UNFCCC jinkludux rappurtar tal-livell 3 tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, fejn applikabbli, u jispeċifikawx il-kategoriji tal-emissjonijiet tal-metan irrapportati fil-livell 3;

(v)

l-ammont ta’ emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija speċifikat fir-rapporti tal-inventarju nazzjonali sottomessi skont l-UNFCCC, fejn applikabbli, u jekk dik id-data kinitx soġġetta għal verifika indipendenti;

(vi)

fejn disponibbli, links elettroniċi għal sorsi ta’ data nazzjonali b’informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija;

(c)

għal kull Stat Membru, lista ta’ importaturi li jqiegħdu żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam fis-suq tal-Unjoni;

(d)

għal kull pajjiż terz imsemmi fil-punt (a) l-informazzjoni li ġejja:

(i)

lista ta’ produtturi jew esportaturi taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali jew tal-faħam fl-Unjoni, kif applikabbli, u jekk humiex parti minn kwalunkwe inizjattiva globali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan, bħall-OGMP u l-Inizjattiva Żero Ivvampjar ta’ Rutina;

(ii)

valuri indikattivi li jistmaw l-emissjonijiet tal-metan relatati mat-trasport taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam.

Il-bażi tad-data għat-trasparenza dwar il-metan għandha sservi bħala għodda ta’ informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku bla ħlas.

Il-bażi tad-data għat-trasparenza dwar il-metan għandha tindika fejn il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni sottomessa jkunu ġew ivverifikati minn partijiet terzi indipendenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.