+Artikolu 30 Bażi tad-datagħat-trasparenza dwar il-metan u profili tal-prestazzjoni tal-metan
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3
---+Artikolu 30 4
---+Artikolu 30 5
---+Artikolu 30 6

Artikolu 30 Bażi tad-datagħat-trasparenza dwar il-metan u profili tal-prestazzjoni tal-metan

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1

1.   Sal-5 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data għat-trasparenza dwar il-metan, inkluż informazzjoni rilevanti dwar l-Istati Membri u l-impriżi ta’ pajjiżi terzi, importaturi u volumi ta’ żejt mhux maħdum, gass naturali u faħam imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari l-informazzjoni ppreżentata lilha skont l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 18(10), l-Artikolu 20(7), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 25(8), l-Artikolu 27 (2), l-Artikolu 28 (4) u l-Artikolu 29 (3).

Artikolu 30 2

2.   Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-bażi tad-data għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

lista ta’ pajjiżi terzi fejn iż-żejt mhux maħdum, il-gass naturali jew il-faħam huwa prodott u li minnhom jiġu esportati lejn l-Unjoni;

(b)

għal kull Stat Membru jew pajjiż terz imsemmi fil-punt (a) l-informazzjoni li ġejja:

(i)

jekk għandux miżuri regolatorji obbligatorji fis-seħħ dwar l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, li jkopru l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament rigward il-kejl, ir-rappurtar, il-verifika u l-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, b’mod partikolari restrizzjonijiet dwar l-ivventjar u l-ivvampjar;

(ii)

jekk iffirmax il-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u jekk ingħaqditx mal-Wegħda Globali b’rabta mal-Metan;

(iii)

jekk jippreżentax rapporti tal-inventarju nazzjonali skont ir-rekwiżiti tal-UNFCCC, fejn applikabbli;

(iv)

jekk ir-rapporti tal-inventarju nazzjonali sottomessi skont l-UNFCCC jinkludux rappurtar tal-livell 3 tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija, fejn applikabbli, u jispeċifikawx il-kategoriji tal-emissjonijiet tal-metan irrapportati fil-livell 3;

(v)

l-ammont ta’ emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija speċifikat fir-rapporti tal-inventarju nazzjonali sottomessi skont l-UNFCCC, fejn applikabbli, u jekk dik id-data kinitx soġġetta għal verifika indipendenti;

(vi)

fejn disponibbli, links elettroniċi għal sorsi ta’ data nazzjonali b’informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija;

(c)

għal kull Stat Membru, lista ta’ importaturi li jqiegħdu żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam fis-suq tal-Unjoni;

(d)

għal kull pajjiż terz imsemmi fil-punt (a) l-informazzjoni li ġejja:

(i)

lista ta’ produtturi jew esportaturi taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali jew tal-faħam fl-Unjoni, kif applikabbli, u jekk humiex parti minn kwalunkwe inizjattiva globali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan, bħall-OGMP u l-Inizjattiva Żero Ivvampjar ta’ Rutina;

(ii)

valuri indikattivi li jistmaw l-emissjonijiet tal-metan relatati mat-trasport taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam.

Il-bażi tad-data għat-trasparenza dwar il-metan għandha sservi bħala għodda ta’ informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku bla ħlas.

Il-bażi tad-data għat-trasparenza dwar il-metan għandha tindika fejn il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni sottomessa jkunu ġew ivverifikati minn partijiet terzi indipendenti.

Artikolu 30 3

3.   Sal-5 ta’ Awwissu 2026, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-bażi tad-data għat-trasparenza dwar il-metan, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-profili tal-prestazzjoni tal-metan tal-Istati Membri u tal-produtturi jew l-importaturi tal-Unjoni, kif applikabbli, li jqiegħdu ż-żejt mhux maħdum, il-gass naturali jew il-faħam fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Unjoni timporta żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam u ta’ produtturi jew esportaturi ta’ pajjiżi terzi li jfornuhom lill-Unjoni.

Artikolu 30 4

4.   Il-profili tal-prestazzjoni tal-metan ippubblikati f’konformità mal-paragrafu 3 għandhom jiġu aġġornati kull sena u għandu jkun fihom, mill-inqas u kif applikabbli:

(a)

l-emissjonijiet tal-metan relatati maż-żejt mhux maħdum, mal-gass naturali u mal-faħam imqiegħda fis-suq tal-Unjoni u valutazzjoni tal-kwalità tad-data għall-emissjonijiet tal-metan irrappurtati, inkluż il-livell ta’ rappurtar tal-OGMP 2.0, fejn rilevanti;

(b)

valutazzjoni tal-isforzi mwettqa għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan mill-produtturi jew l-importaturi tal-Unjoni, kif ukoll minn produtturi jew esportaturi ta’ pajjiżi terzi, li jqiegħdu żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam fis-suq tal-Unjoni, inkluż skont ir-reġjun fejn rilevanti;

(c)

analiżi ta’ avvenimenti b’emissjonijiet kbar ħafna li seħħew fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi li minnhom l-Unjoni timporta żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam u kif dawk l-avvenimenti ġew indirizzati.

Artikolu 30 5

5.   Il-profili tal-prestazzjoni tal-metan ippubblikati f’konformità mal-paragrafu 3 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku online mingħajr ħlas.

Artikolu 30 6

6.   Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.