3. Sal-5 ta’ Awwissu 2026, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-bażi tad-data għat-trasparenza dwar il-metan, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-profili tal-prestazzjoni tal-metan tal-Istati Membri u tal-produtturi jew l-importaturi tal-Unjoni, kif applikabbli, li jqiegħdu ż-żejt mhux maħdum, il-gass naturali jew il-faħam fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Unjoni timporta żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam u ta’ produtturi jew esportaturi ta’ pajjiżi terzi li jfornuhom lill-Unjoni.