1. Sal-5 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi għodda globali ta’ monitoraġġ tal-metan ibbażata fuq data satellitari u input minn diversi fornituri u servizzi tad-data ċertifikati, inkluż il-komponent Copernicus tal-Programm Spazjali tal-Unjoni stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista’ tuża għodod jew oqfsa internazzjonali eżistenti, fejn disponibbli.
L-għodda globali ta’ monitoraġġ tal-metan għandha tkun disponibbli għall-pubbliku u għandha tipprovdi aġġornamenti regolari mill-inqas dwar l-okkorrenza, id-daqs u l-post ta’ avvenimenti b’emissjonijiet għoljin tal-metan mis-sorsi ta’ enerġija fl-Unjoni jew barra minnha.