+Artikolu 31 Għodda globali ta’ monitoraġġ tal-metan u mekkaniżmu ta’ reazzjoni rapida
---+Artikolu 31 1
---+Artikolu 31 2
---+Artikolu 31 3
---+Artikolu 31 4
---+Artikolu 31 5
|
Artikolu 31 Għodda globali ta’ monitoraġġ tal-metan u mekkaniżmu ta’ reazzjoni rapida
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1
|
1. Sal-5 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi għodda globali ta’ monitoraġġ tal-metan ibbażata fuq data satellitari u input minn diversi fornituri u servizzi tad-data ċertifikati, inkluż il-komponent Copernicus tal-Programm Spazjali tal-Unjoni stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista’ tuża għodod jew oqfsa internazzjonali eżistenti, fejn disponibbli.
L-għodda globali ta’ monitoraġġ tal-metan għandha tkun disponibbli għall-pubbliku u għandha tipprovdi aġġornamenti regolari mill-inqas dwar l-okkorrenza, id-daqs u l-post ta’ avvenimenti b’emissjonijiet għoljin tal-metan mis-sorsi ta’ enerġija fl-Unjoni jew barra minnha.
|
|
Artikolu 31 2
|
2. Sal-5 ta’ Frar 2026, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ reazzjoni rapida biex tindirizza avvenimenti b’emissjonijiet kbar ħafna.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika minnufih kwalunkwe avveniment identifikat b’emissjonijiet kbar ħafna lill-Istat Membru jew lill-pajjiż terz li taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu jkun seħħ l-avveniment, kif xieraq. Fejn fattibbli, il-Kummissjoni għandha tinnotifika wkoll lill-produttur marbut mas-sors jew mas-sett ta’ sorsi konnessi li jarmu l-metan. Dik in-notifika għandha tinkludi talba biex tiġi pprovduta minnufih informazzjoni addizzjonali dwar l-avveniment b’emissjonijiet kbar ħafna u l-miżuri ta’ rimedju meħuda jew ippjanati li jittieħdu biex jittaffa l-impatt jew jitwaqqaf l-avveniment, inkluż il-perjodu ta’ żmien li fih għandhom iseħħu dawk il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kuntatti kollha meħtieġa sabiex tikseb u tivverifika l-informazzjoni li tirċievi b’rabta mal-avveniment, inkluż, fejn applikabbli, f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista’ tuża għodod jew oqfsa internazzjonali eżistenti, fejn disponibbli.
|
|
Artikolu 31 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha tipproponi li tistabbilixxi f’isem l-Unjoni djalogi bilaterali ma’ pajjiżi terzi li minnhom l-Unjoni timporta żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam bl-għan li jiġi stabbilit qafas għal skambju ta’ informazzjoni u għal sistema ta’ detezzjoni u twissija bikrija biex jidentifikaw u jwissu lil xulxin dwar l-okkorrenza ta’ avvenimenti b’emissjonijiet kbar ħafna u l-miżuri ta’ rimedju meħuda jew li għandhom jittieħdu sabiex jipprevjenu jew iwaqqfu tali avvenimenti. Dawk id-djalogi għandu jkollhom ukoll l-għan li jidentifikaw modi biex jaċċelleraw it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u, jekk ikun meħtieġ, jistgħu joffru skambju tal-aħjar prattiki u pariri biex jiġu stabbiliti miżuri ta’ monitoraġġ, rappurtar, verifika u tnaqqis ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni ma għandhiex tipproponi li tistabbilixxi djalogi bilaterali ma’ pajjiżi terzi fejn dan jirriżulta f’ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 215 TFUE dwar l-importazzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam.
|
|
Artikolu 31 4
|
4. Abbażi tal-monitoraġġ imwettaq fil-kuntest tad-djalogi msemmija fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati dwar in-notifiki ta’ avvenimenti b’emissjonijiet kbar ħafna u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi li minnhom l-Unjoni timporta żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam u kwalunkwe impatt potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali.
|
|
Artikolu 31 5
|
5. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2016/943.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1787
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|