3. Il-Kummissjoni għandha tipproponi li tistabbilixxi f’isem l-Unjoni djalogi bilaterali ma’ pajjiżi terzi li minnhom l-Unjoni timporta żejt mhux maħdum, gass naturali jew faħam bl-għan li jiġi stabbilit qafas għal skambju ta’ informazzjoni u għal sistema ta’ detezzjoni u twissija bikrija biex jidentifikaw u jwissu lil xulxin dwar l-okkorrenza ta’ avvenimenti b’emissjonijiet kbar ħafna u l-miżuri ta’ rimedju meħuda jew li għandhom jittieħdu sabiex jipprevjenu jew iwaqqfu tali avvenimenti. Dawk id-djalogi għandu jkollhom ukoll l-għan li jidentifikaw modi biex jaċċelleraw it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fis-settur tal-enerġija u, jekk ikun meħtieġ, jistgħu joffru skambju tal-aħjar prattiki u pariri biex jiġu stabbiliti miżuri ta’ monitoraġġ, rappurtar, verifika u tnaqqis ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni ma għandhiex tipproponi li tistabbilixxi djalogi bilaterali ma’ pajjiżi terzi fejn dan jirriżulta f’ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi adottati skont l-Artikolu 215 TFUE dwar l-importazzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam.