1. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-Artikolu 10(1) sa (5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standards armonizzati għal:
|
(a)
|
il-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan kif imsemmi fl-Artikolu 12(5);
|
|
(b)
|
l-istħarriġ LDAR kif imsemmi fl-Artikolu 14(1);
|
|
(c)
|
it-tagħmir kif imsemmi fl-Artikolu 15(3);
|
|
(d)
|
il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan kif imsemmi fl-Artikolu 18(3); u
|
|
(e)
|
il-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan kif imsemmi fl-Artikolu 20(4) u l-Artikolu 25(2).
|
Malli tirċievi abbozz ta’ standard minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tiegħu mat-talba tal-istandardizzazzjoni rilevanti, ma’ dan ir-Regolament u mal-liġi applikabbli oħra tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 34 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi standards obbligatorji, jew partijiet minnhom, kif imsemmi f’dan il-paragrafu.