2. Meta ma jkun ġie adottat l-ebda att delegat f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 34 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi obbligatorji, jew partijiet minnhom, għall-finijiet ta’:
|
(a)
|
il-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan kif imsemmi fl-Artikolu 12(5);
|
|
(b)
|
l-istħarriġ LDAR kif imsemmi fl-Artikolu 14(1);
|
|
(c)
|
it-tagħmir kif imsemmi fl-Artikolu 15(3);
|
|
(d)
|
il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan kif imsemmi fl-Artikolu 18(3); u
|
|
(e)
|
il-kejl u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tal-metan kif imsemmi fl-Artikolu 20(4) u l-Artikolu 25(2).
|
Il-Kummissjoni tista” tadotta dawk l-atti delegati biss meta tkun ħarġet talba għal standardizzazzjoni lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar u tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
it-talba ma tkunx ġiet aċċettata;
|
|
(b)
|
l-istandards mitluba ma jkunux twettqu sal-iskadenza stabbilita;
|
|
(c)
|
l-istandards żviluppati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni ma jikkonformawx mat-talba; jew
|
|
(d)
|
l-istandards żviluppati mill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni jitqiesu bħala insuffiċjenti biex ikopru r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, b’mod sħiħ jew parzjali.
|