+Artikolu 7 8

Artikolu 7 8

8.   Mill-1 ta’ Jannar 2033, jew meta Stat Membru jiddeċiedi li japplika aċċess regolat ta’ partijiet terzi għan-networks tal-idroġenu f’konformità mal-Artikolu 35 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 qabel l-1 ta’ Jannar 2033, l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għat-tariffi tal-aċċess għan-networks tal-idroġenu u l-obbligi fuq l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni stabbiliti fl-Artikolu 17(1), (2), (4) u (5) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-operaturi tan-networks tal-idroġenu. L-Artikoli 18 u 19 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għan-networks tal-idroġenu. Dawk l-Artikoli għandhom japplikaw biss għal networks tal-gass naturali.

L-awtoritajiet regolatorji għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri konnessi direttament u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti qabel ma jieħdu deċiżjoni dwar il-metodoloġija għall-istabbiliment ta’ tariffi tal-aċċess għan-networks tal-idroġenu għall-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ fil-punti ta’ interkonnessjoni transfruntiera bejn dawk l-Istati Membri konnessi direttament, inkluż għal kwalunkwe punt ta’ interkonnessjoni virtwali. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jippreżentaw ukoll il-metodoloġija tariffarja prevista lill-ACER. B’deroga mill-Artikolu 17, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jiddeċiedu li ma jimponu ebda tariffa tal-aċċess għan-network tal-idroġenu jew, meta l-kapaċità tiġi allokata permezz ta’ rkantijiet, li jistabbilixxu l-prezzijiet ta’ riżerva għal żero.

Meta jiddeċiedu dwar il-metodoloġija għall-istabbiliment ta’ tariffi tal-aċċess għan-networks tal-idroġenu f’punt ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom japplikaw il-prinċipji tariffarji msemmija fl-Artikolu 17(1), (2), (4) u (5) u għandhom iqisu l-eżitu tal-konsultazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’mod partikolari tal-konsultazzjonijiet tal-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri konnessi direttament, u l-impatt tat-tariffi magħżula tal-aċċess għan-networks fuq il-kummerċ transfruntier u l-funzjonament tas-suq fl-Istati Membri konnessi direttament.

L-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri konnessi direttament jistgħu jitolbu lill-ACER tipprovdi opinjoni fattwali dwar il-metodoloġija għall-istabbiliment tat-tariffi tal-aċċess għan-networks tal-idroġenu jew il-prezzijiet ta’ riżerva għall-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ fil-punti ta’ interkonnessjoni transfruntiera bejn dawk l-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (UE) 2019/942. L-ACER għandha tinforma lill-Kummissjoni kif xieraq, meta jkun rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 6(6) tar-Regolament (UE) 2019/942. Meta tipprovdi opinjoni fattwali, l-ACER għandha twettaq il-valutazzjoni tagħha b’kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji tarriffarji msemmija fl-Artikolu 17(1) u (2).

Aktar dettalji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu, b’mod partikolari l-proċedura għal konsultazzjoni transfruntiera jew biex tintalab opinjoni tal-ACER, għandhom jiġu stabbiliti f’kodiċi tan-network stabbilit skont -Artikolu 72(1).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.