3. Il-ħlasijiet għall-iżbilanċ għandhom ikunu kemm jista’ jkun kosteffettivi, filwaqt li jipprovdu inċentivi adegwati lill-utenti tan-network biex jibbilanċjaw il-gass naturali li jipprovdu lis-sistema u l-gass li jipprelevaw. Għandhom jevitaw sussidjar inkroċjat bejn l-utenti tan-network u ma għandhomx ifixklu d-dħul ta’ suġġetti ġodda fis-suq.
Kwalunkwe metodoloġija ta’ kalkolu għal ħlasijiet ta’ żbilanċ kif ukoll il-valuri finali għandhom jiġu ppubblikati mill-awtoritajiet regolatorji jew mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni, kif xieraq.