+Artikolu 18 1

Artikolu 18 1

1.   Waqt l-iffissar tat-tariffi, għandu jiġi applikat skont għall-gass rinnovabbli u għall-gass b’livell baxx tal-karbonju għal:

(a)

il-punti ta’ dħul minn faċilitajiet tal-produzzjoni ta’ gass rinnovabbli u ta’ gass b’livell baxx tal-karbonju.

(b)

it-tariffi ta’ trażmissjoni bbażati fuq il-kapaċità fil-punti ta’ dħul mill-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali u fil-punti ta’ ħruġ lejhom, sakemm tali faċilità tal-ħażna ma tkunx konnessa ma’ aktar minn network wieħed ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni u tintuża biex tikkompeti ma’ punt ta’ interkonnessjoni.

L-iskont fl-ambitu tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jiġi stabbilit f’livell ta’ 100 % fir-rigward tat-tariffi rilevanti bbażati fuq il-kapaċità għall-fini taż-żieda tal-injezzjoni tal-gass rinnovabbli u skont ta’ 75 % għall-gass b’livell baxx tal-karbonju.

L-iskont fl-ambitu tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandu jiġi stabbilit f’livell ta’ 100 % fl-Istati Membri fejn il-gass rinnovabbli jew l-gass b’livell baxx tal-karbonju kien ġie injettat għall-ewwel darba fis-sistema.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.