+Artikolu 18 Skontijiet tariffarji għall-gass rinnovabbli u għall-gass b’livell baxx tal-karbonju
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5
|
Artikolu 18 Skontijiet tariffarji għall-gass rinnovabbli u għall-gass b’livell baxx tal-karbonju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1
|
1. Waqt l-iffissar tat-tariffi, għandu jiġi applikat skont għall-gass rinnovabbli u għall-gass b’livell baxx tal-karbonju għal:
|
(a)
|
il-punti ta’ dħul minn faċilitajiet tal-produzzjoni ta’ gass rinnovabbli u ta’ gass b’livell baxx tal-karbonju.
|
|
(b)
|
it-tariffi ta’ trażmissjoni bbażati fuq il-kapaċità fil-punti ta’ dħul mill-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali u fil-punti ta’ ħruġ lejhom, sakemm tali faċilità tal-ħażna ma tkunx konnessa ma’ aktar minn network wieħed ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni u tintuża biex tikkompeti ma’ punt ta’ interkonnessjoni.
|
L-iskont fl-ambitu tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jiġi stabbilit f’livell ta’ 100 % fir-rigward tat-tariffi rilevanti bbażati fuq il-kapaċità għall-fini taż-żieda tal-injezzjoni tal-gass rinnovabbli u skont ta’ 75 % għall-gass b’livell baxx tal-karbonju.
L-iskont fl-ambitu tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandu jiġi stabbilit f’livell ta’ 100 % fl-Istati Membri fejn il-gass rinnovabbli jew l-gass b’livell baxx tal-karbonju kien ġie injettat għall-ewwel darba fis-sistema.
|
|
Artikolu 18 2
|
2. Id-dettalji dwar l-iskonti mogħtija f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu stabbiliti fil-kodiċi tan-network dwar l-istrutturi tariffarji kif imsemmi fl-Artikolu 71(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d).
|
|
Artikolu 18 3
|
3. Sal-5 ta’ Awwissu 2029 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-livelli ta’ skont stabbiliti fil-paragrafi 1 u 4. Il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport li jagħti ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni tal-iskonti u tivvaluta jekk il-livell ta’ dawk l-iskonti għadux adegwat fid-dawl tal-aħħar żviluppi tas-suq. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex temenda dan ir-Regolament billi tbiddel il-livelli tal-iskonti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 18 4
|
4. Mill-5 ta’ Awwissu 2025, l-utenti tan-network għandhom jiksbu skont ta’ 100 % fuq it-tariffa bbażata fuq il-kapaċità mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, għall-gass rinnovabbli u 75 % għall-gass b’livell baxx tal-karbonju, wara li jipprovdu prova ta’ sostenibbiltà lill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernat, abbażi ta’ ċertifikat ta’ sostenibbiltà validu li jinkiseb għall-gass rinnovabbli skont l-Artikoli 29 u 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u rreġistrat fil-bażi tad-data tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 31a ta’ dik id-Direttiva u għal gass b’livell baxx tal-karbonju abbażi ta’ ċertifikat validu li jinkiseb skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2024/1788.
Fir-rigward tal-iskonti msemmija fl-ewwel subparagrafu:
|
(a)
|
l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jintalbu jipprovdu l-iskont biss għall-iqsar rotta possibbli mil-lat ta’ qsim tal-fruntieri bejn il-post fejn il-prova speċifika tad-dikjarazzjoni ta’ sostenibbiltà, abbażi ta’ ċertifikat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, tkun ġiet reġistrata għall-ewwel darba fil-bażi tad-data tal-Unjoni u fejn tkun tħassret peress li tqieset ikkonsmata, dment li kwalunkwe primjum tal-irkant potenzjali ma jkunx kopert mill-iskont;
|
|
(b)
|
l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jipprovdu lill-awtorità regolatorja rilevanti b’informazzjoni dwar il-volumi attwali u mistennija ta’ gass rinnovabbli u ta’ gass b’livell baxx tal-karbonju u l-effett tal-applikazzjoni tal-iskont tariffarju fuq id-dħul tagħhom u l-awtoritajiet regolatorji għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-impatt tal-iskont fuq l-istabbiltà tat-tariffi;
|
|
(c)
|
ladarba d-dħul ta’ operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn dawk it-tariffi speċifiċi jitnaqqas b’10 % permezz tal-applikazzjoni tal-iskont, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni affettwati u dawk ġirien kollha għandhom jinnegozjaw mekkaniżmu ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni;
|
|
(d)
|
aktar dettalji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-iskont għall-gass rinnovabbli u għall-gass b’livell baxx tal-karbonju, bħall-kalkolu tal-kapaċità eliġibbli li għaliha japplika l-iskont u l-proċessi meħtieġa, għandhom jiġu stabbiliti f’kodiċi tan-network stabbilit skont l-Artikolu 71.
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati għandhom jaqblu dwar mekkaniżmu ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni fi żmien tliet snin minn meta d-dħul tagħhom minn tariffi speċifiċi jitnaqqas b’10 % kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu. Jekk, f’dak il-perijodu, ma jintlaħaq ebda ftehim, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jiddeċiedu b’mod konġunt dwar mekkaniżmu xieraq ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni fi żmien sentejn oħra. Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet regolatorji, għandu japplika l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/942. Meta l-awtoritajiet regolatorji ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim fi żmien sentejn, jew fuq talba konġunta tagħhom, l-ACER għandha tadotta deċiżjoni individwali, f’konformità mal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
|
|
|
Artikolu 18 5
|
5. B’deroga mill-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx skontijiet jew li jistabbilixxu skontijiet aktar baxxi minn dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu, dment li tali deroga tkun konformi mal-prinċipji ġenerali tat-tariffi kif stabbiliti fl-Artikolu 17 u, b’mod partikolari, il-prinċipju tar-riflettività tal-kostijiet, meta jiġi ssodisfat wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
id-deroga tkun meħtieġa għall-operazzjoni effiċjenti tas-sistema ta’ trażmissjoni, biex jiġi żgurat qafas finanzjarju stabbli għall-investimenti eżistenti jew biex jiġu evitati sussidji inkroċjati bla bżonn, distorsjoni għall-kummerċ transfruntier jew mekkaniżmu ineffettiv ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni;
|
|
(b)
|
l-applikazzjoni ta’ skontijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 4 mhijiex meħtieġa minħabba l-livell ta’ avvanz tal-introduzzjoni tal-gass rinnovabbli u tal-gass b’livell baxx tal-karbonju fl-Istat Membru kkonċernat jew l-eżistenza ta’ mekkaniżmi ta’ appoġġ alternattivi biex jiżdied l-użu tal-gass rinnovabbli jew tal-gass b’livell baxx tal-karbonju.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|