3. Sal-5 ta’ Awwissu 2029 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-livelli ta’ skont stabbiliti fil-paragrafi 1 u 4. Il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport li jagħti ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni tal-iskonti u tivvaluta jekk il-livell ta’ dawk l-iskonti għadux adegwat fid-dawl tal-aħħar żviluppi tas-suq. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex temenda dan ir-Regolament billi tbiddel il-livelli tal-iskonti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu.