+Artikolu 18 4

Artikolu 18 4

4.   Mill-5 ta’ Awwissu 2025, l-utenti tan-network għandhom jiksbu skont ta’ 100 % fuq it-tariffa bbażata fuq il-kapaċità mill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, għall-gass rinnovabbli u 75 % għall-gass b’livell baxx tal-karbonju, wara li jipprovdu prova ta’ sostenibbiltà lill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernat, abbażi ta’ ċertifikat ta’ sostenibbiltà validu li jinkiseb għall-gass rinnovabbli skont l-Artikoli 29 u 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u rreġistrat fil-bażi tad-data tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 31a ta’ dik id-Direttiva u għal gass b’livell baxx tal-karbonju abbażi ta’ ċertifikat validu li jinkiseb skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2024/1788.

Fir-rigward tal-iskonti msemmija fl-ewwel subparagrafu:

(a)

l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jintalbu jipprovdu l-iskont biss għall-iqsar rotta possibbli mil-lat ta’ qsim tal-fruntieri bejn il-post fejn il-prova speċifika tad-dikjarazzjoni ta’ sostenibbiltà, abbażi ta’ ċertifikat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, tkun ġiet reġistrata għall-ewwel darba fil-bażi tad-data tal-Unjoni u fejn tkun tħassret peress li tqieset ikkonsmata, dment li kwalunkwe primjum tal-irkant potenzjali ma jkunx kopert mill-iskont;

(b)

l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jipprovdu lill-awtorità regolatorja rilevanti b’informazzjoni dwar il-volumi attwali u mistennija ta’ gass rinnovabbli u ta’ gass b’livell baxx tal-karbonju u l-effett tal-applikazzjoni tal-iskont tariffarju fuq id-dħul tagħhom u l-awtoritajiet regolatorji għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-impatt tal-iskont fuq l-istabbiltà tat-tariffi;

(c)

ladarba d-dħul ta’ operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni minn dawk it-tariffi speċifiċi jitnaqqas b’10 % permezz tal-applikazzjoni tal-iskont, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni affettwati u dawk ġirien kollha għandhom jinnegozjaw mekkaniżmu ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni;

(d)

aktar dettalji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-iskont għall-gass rinnovabbli u għall-gass b’livell baxx tal-karbonju, bħall-kalkolu tal-kapaċità eliġibbli li għaliha japplika l-iskont u l-proċessi meħtieġa, għandhom jiġu stabbiliti f’kodiċi tan-network stabbilit skont l-Artikolu 71.

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni kkonċernati għandhom jaqblu dwar mekkaniżmu ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni fi żmien tliet snin minn meta d-dħul tagħhom minn tariffi speċifiċi jitnaqqas b’10 % kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu. Jekk, f’dak il-perijodu, ma jintlaħaq ebda ftehim, l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jiddeċiedu b’mod konġunt dwar mekkaniżmu xieraq ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni fi żmien sentejn oħra. Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet regolatorji, għandu japplika l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/942. Meta l-awtoritajiet regolatorji ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim fi żmien sentejn, jew fuq talba konġunta tagħhom, l-ACER għandha tadotta deċiżjoni individwali, f’konformità mal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.