13. Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjoni kkoordinata konġunta kif imsemmi fil-paragrafi 8 u 10 ta’ dan l-Artikolu, l-ACER għandha tiddeċiedi dwar is-soluzzjoni biex tneħħi r-restrizzjoni rikonoxxuta u dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tal-investiment li jrid iġarrab kull operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni għall-implimentazzjoni tas-soluzzjoni maqbula jew li tiddikjara li ma għandha tittieħed ebda azzjoni ulterjuri skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942. Deċiżjoni biex tinżamm ir-restrizzjoni rikonoxxuta skont dan il-paragrafu għandha tiġi rieżaminata kull erba’ snin mill-ACER.