+Artikolu 26 3
|
Artikolu 26 3
3. L-ENTSO tal-Gass għandu jadotta:
|
(a)
|
għodod komuni għall-operazzjoni tan-network biex jiżguraw il-koordinazzjoni ta’ operazzjoni tan-network f’kundizzjonijiet normali u ta’ emerġenza, inkluża skala ta’ klassifikazzjoni tal-aċċidenti komuni, u pjanijiet ta’ riċerka;
|
|
(b)
|
kull sentejn, pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-gass naturali mhux vinkolanti għall-Unjoni kollha msemmi fl-Artikolu 32, (il-“pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha”), inkluż prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea;
|
|
(c)
|
rakkomandazzjonijiet dwar il-koordinament ta’ kooperazzjoni teknika bejn l-Unjoni u operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni f’pajjiżi terzi;
|
|
(d)
|
rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni dwar il-kooperazzjoni teknika tagħhom mal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni u mal-operaturi tan-networks tal-idroġenu;
|
|
(e)
|
programm ta’ ħidma annwali;
|
|
(g)
|
prospetti annwali dwar il-provvista għas-sajf u għax-xitwa;
|
|
(h)
|
rapport dwar il-monitoraġġ tal-kwalità tal-gass sal-1 ta’ Jannar 2025 u mbagħad kull sentejn, inkluż l-iżviluppi tal-parametri tal-kwalità tal-gass, l-iżviluppi tal-livell u l-volum tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali, it-tbassir għall-iżvilupp mistenni tal-parametri tal-kwalità tal-gass u tal-volum tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali, l-impatt tat-taħlit tal-idroġenu fuq il-flussi transfruntieri kif ukoll informazzjoni dwar il-każijiet relatati mad-differenzi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-gass jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-livelli ta’ taħlit, u kif issolvew dawn il-każijiet, bl-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-kwalità ta’ applikazzjonijiet tal-użu finali differenti;
|
|
(i)
|
rapport annwali li jinkludi l-kwantità ta’ gass rinnovabbli u gass b’livell baxx tal-karbonju injettata fin-network tal-gass naturali.
|
Ir-rapport dwar il-monitoraġġ tal-kwalità tal-gass imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (h) għandu jkopri wkoll l-iżvilupp għall-oqsma elenkati f’dak il-punt, safejn rilevanti għan-network tad-distribuzzjoni, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-entità Ewropea għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni (“l-entità tal-UE għad-DSO”) stabbilita skont l-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|