+Artikolu 27 Monitoraġġ mill-ACER tal-ENTSO tal-Gass
---+Artikolu 27 1
---+Artikolu 27 2

Artikolu 27 Monitoraġġ mill-ACER tal-ENTSO tal-Gass

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1

1.   L-ACER għandha timmonitorja t-twettiq tal-kompiti tal-ENTSO tal-Gass imsemmija fl-Artikolu 26(1), (2) u (3), u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni.

L-ACER għandha timmonitorja l-implimentazzjoni mill-ENTSO tal-Gass tal-kodiċijiet tan-network elaborati skont l-Artikolu 26(2) u l-kodiċijiet tan-network li ġew żviluppati f’konformità mal-Artikolu 71(1) sa (12) iżda li ma ġewx adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 71(13). Meta l-ENTSO tal-Gass ikun naqas milli jimplimenta tali kodiċijiet tan-network, l-ACER għandha titlob lill-ENTSO tal-Gass biex jipprovdi spjegazzjoni motivata kif xieraq dwar l-għaliex ikun naqas milli jagħmel dan. L-ACER għandha tinforma lill-Kummissjoni b’dik l-ispjegazzjoni u tipprovdi l-opinjoni tagħha f’dak ir-rigward.

L-ACER għandha timmonitorja u tanalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida adottati mill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikoli 70, 71, 73 u 74, u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli mmirati għall-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tas-suq u tas-sistema tal-enerġija kif ukoll fuq in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament tajjeb tas-suq, u tirrapporta lill-Kummissjoni.

Artikolu 27 2

2.   L-ENTSO tal-Gass għandu jippreżenta l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha, l-abbozz ta’ programm ta’ ħidma annwali, inkluża l-informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni, u d-dokumenti l-oħra msemmija fl-Artikolu 26(3), lill-ACER għall-opinjoni tagħha.

Fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla, l-ACER għandha tipprovdi opinjoni debitament motivata kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-ENTSO tal-Gass u lill-Kummissjoni meta tqis li l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali jew l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha preżentati mill-ENTSO tal-Gass ma jikkontribwix għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva, għall-funzjonament tajjeb tas-suq jew għal livell suffiċjenti ta’ interkonnessjoni transfruntiera miftuħa għall-aċċess mill-partijiet terzi. L-ENTSO tal-Gass għandu jqis kif xieraq l-opinjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-ACER.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.