2. L-ENTSO tal-Gass għandu jippreżenta l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha, l-abbozz ta’ programm ta’ ħidma annwali, inkluża l-informazzjoni dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni, u d-dokumenti l-oħra msemmija fl-Artikolu 26(3), lill-ACER għall-opinjoni tagħha.
Fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla, l-ACER għandha tipprovdi opinjoni debitament motivata kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-ENTSO tal-Gass u lill-Kummissjoni meta tqis li l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali jew l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha preżentati mill-ENTSO tal-Gass ma jikkontribwix għan-nondiskriminazzjoni, għall-kompetizzjoni effettiva, għall-funzjonament tajjeb tas-suq jew għal livell suffiċjenti ta’ interkonnessjoni transfruntiera miftuħa għall-aċċess mill-partijiet terzi. L-ENTSO tal-Gass għandu jqis kif xieraq l-opinjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-ACER.