+Artikolu 29 Konsultazzjonijiet mill-ENTSO tal-Gass
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3

Artikolu 29 Konsultazzjonijiet mill-ENTSO tal-Gass

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1

1.   Waqt il-preparazzjoni tal-kodiċijiet tan-network, l-abbozz tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha u l-programm ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 26(1), (2) u (3), l-ENTSO tal-Gass għandu jwettaq proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti, mal-parteċipanti rilevanti kollha fis-suq, u, b’mod partikolari, mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu 25(1). Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet nazzjonali oħrajn, impriżi ta’ provvista u produzzjoni, l-utenti tan-network inklużi l-klijenti, operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, inklużi assoċjazzjonijiet relevanti fl-industrija, korpi tekniċi u pjattaformi ta’ partijiet ikkonċernati u pertinenti. L-ENTSO tal-Gass għandu jippubblika abbozzi tal-kodiċijiet tan-network, tal-pjan tal-iżvilupp tan-network għall-gass naturali għall-Unjoni kollha u tal-programm ta’ ħidma annwali għal kummenti mill-partijiet ikkonċernati u jagħtihom biżżejjed żmien biex jipparteċipaw fil-proċess ta’ konsultazzjoni b’mod effettiv. L-għan ta’ dik il-konsultazzjoni huwa li jiġu identifikati l-fehmiet u l-proposti tal-partijiet interessati rilevanti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Artikolu 29 2

2.   Id-dokumenti kollha u l-minuti tal-laqgħat relatati mas-suġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru pubbliċi.

Artikolu 29 3

3.   Qabel ma jiġu adottati l-programm ta’ ħidma annwali u l-kodiċijiet tan-network imsemmijin fl-Artikolu 26(1), (2) u (3), l-ENTSO tal-Gass għandu jindika kif l-osservazzjonijiet li jkun irċieva waqt il-konsultazzjoni u kif dawn l-osservazzjonijiet ikunu tqiesu. Meta xi osservazzjonijiet ma jitqisux, għandu jagħti r-raġunijiet għalfejn.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.