+Artikolu 33 Ir-rekwiżiti tat-trasparenza li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4
---+Artikolu 33 5
---+Artikolu 33 6
---+Artikolu 33 7

Artikolu 33 Ir-rekwiżiti tat-trasparenza li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1

1.   L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar il-kapaċità u s-servizzi li joffru u l-kundizzjonijiet rilevanti applikati, flimkien mal-informazzjoni teknika meħtieġa mill-utenti tan-network biex jiksbu aċċess effettiv għan-network.

Artikolu 33 2

2.   Sabiex jiġu żgurati tariffi trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji u biex jiġi ffaċilitat l-użu effiċjenti tan-network tal-gass naturali, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jippubblikaw informazzjoni raġonevolment u suffiċjentement dettaljata dwar id-derivazzjoni, il-metodoloġija u l-istruttura tat-tariffi.

Artikolu 33 3

3.   Għas-servizzi provduti, kull operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandu jippubblika informazzjoni dwar kapaċitajiet tekniċi, kuntrattati u disponibbli fuq bażi numerika għall-punti kollha rilevanti inkluż punti ta’ dħul u ta’ ħruġ fuq bażi perjodika u rikorrenti b’mod standardizzat li hu faċli biex jintuża f’konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 33 4

4.   Il-punti rilevanti ta’ sistema ta’ trażmissjoni li dwarhom ikollha tiġi pubblikata l-informazzjoni għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti wara konsultazzjoni mal-utenti tan-network.

Artikolu 33 5

5.   L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom dejjem jikxfu l-informazzjoni meħtieġa minn dan ir-Regolament b’mod sinifikanti, li hu ċar b’mod kwantifikabbli, li hu faċilment aċċessibbli u b’mod nondiskriminatorju.

Artikolu 33 6

6.   L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jagħmlu pubblika informazzjoni fuq il-provvista u d-domanda ex ante u ex post, abbażi ta’ nominazzjonijiet u allokazzjonijiet, tbassiriet u l-flussi li jkunu saru ta’ dħul u ħruġ mis-sistema. L-awtorità regolatorja għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha ta’ dan it-tip tkun pubblika. Il-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li ssir pubblika għandu jirrifletti l-informazzjoni disponibbli għall-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni.

L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jagħmlu pubbliċi l-miżuri li jkunu ttieħdu, kif ukoll il-kostijiet imġarrba u d-dħul iġġenerat, għall-ibbilanċjar tas-sistema.

Il-parteċipanti kkonċernati fis-suq għandhom jipprovdu lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni d-data msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 33 7

7.   L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar il-kwalità tal-gass naturali trasportat fin-networks tagħhom, li jaf taffettwa lill-utenti tan-network, skont l-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament (UE) 2015/703.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.