6. Sabiex jiġu żgurati tariffi trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji u jiġi ffaċilitat użu effiċjenti tal-infrastrutturi, l-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali, l-operaturi tat-terminals tal-idroġenu u l-operaturi tal-ħażna tal-idroġenu jew l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata biżżejjed dwar minn fejn ikunu ġew it-tariffi, dwar il-metodoloġiji u l-istruttura tat-tariffi għal infrastruttura taħt aċċess regolat għal partijiet terzi. Il-faċilitajiet tal-LNG li ngħataw eżenzjoni, skont l-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE, u l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali skont ir-reġim negozjat ta’ aċċess lill-partijiet terzi għandhom jippubblikaw it-tariffi għall-infrastruttura biex ikun żgurat livell għoli biżżejjed ta’ trasparenza.
L-operaturi tas-sistemi tal-LNG u l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali għandhom kollha jippubblikaw b’mod trasparenti, kontinwu u faċli għall-utent l-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu fuq pjattaforma Ewropea unika li għandha tinżamm minn dawk l-operaturi.