3. Sal-5 ta’ Awwissu 2025, l-entità tal-UE għad-DSO għandha tippreżenta lill-Kummissjoni u lill-ACER abbozz tal-istatuti aġġornati, inkluż kodiċi ta’ kondotta, lista tal-membri reġistrati, abbozz tar-regoli ta’ proċedura aġġornati, inklużi regoli ta’ proċedura dwar il-konsultazzjoni mal-ENTSO tal-Elettriku, mal-ENTSO tal-Gass u ma’ partijiet ikkonċernati oħra, u abbozz ta’ regoli aġġornati dwar il-finanzjament.
L-abbozz tar-regoli ta’ proċedura tal-entità tal-UE għad-DSO għandu jiżgura rappreżentanza ġusta u bilanċjata tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni parteċipanti kollha, inkluż dawk li huma proprjetarji ta’ jew li joperaw sistemi tal-gass naturali, u tal-operaturi tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu.