+Artikolu 40 Bidliet fir-regoli u l-proċeduri prinċipali tal-entità tal-UE għad-DSO
---+Artikolu 40 1
---+Artikolu 40 2
---+Artikolu 40 3
---+Artikolu 40 4
---+Artikolu 40 5
---+Artikolu 40 6
---+Artikolu 40 7

Artikolu 40 Bidliet fir-regoli u l-proċeduri prinċipali tal-entità tal-UE għad-DSO

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1

1.   Ir-regoli u l-proċeduri prinċipali għall-entità tal-UE għad-DSO skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2019/943 għandhom japplikaw ukoll għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni li joperaw sistema tal-gass naturali u għall-operaturi tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu.

Artikolu 40 2

2.   Il-Grupp Konsultattiv Strateġiku msemmi fl-Artikolu 54(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2019/943 għandu jkun jikkonsisti wkoll minn rappreżentanti ta’ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni Ewropej li joperaw sistema tal-gass naturali jew lill-operaturi Ewropej tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu.

Artikolu 40 3

3.   Sal-5 ta’ Awwissu 2025, l-entità tal-UE għad-DSO għandha tippreżenta lill-Kummissjoni u lill-ACER abbozz tal-istatuti aġġornati, inkluż kodiċi ta’ kondotta, lista tal-membri reġistrati, abbozz tar-regoli ta’ proċedura aġġornati, inklużi regoli ta’ proċedura dwar il-konsultazzjoni mal-ENTSO tal-Elettriku, mal-ENTSO tal-Gass u ma’ partijiet ikkonċernati oħra, u abbozz ta’ regoli aġġornati dwar il-finanzjament.

L-abbozz tar-regoli ta’ proċedura tal-entità tal-UE għad-DSO għandu jiżgura rappreżentanza ġusta u bilanċjata tal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni parteċipanti kollha, inkluż dawk li huma proprjetarji ta’ jew li joperaw sistemi tal-gass naturali, u tal-operaturi tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu.

Artikolu 40 4

4.   Fi żmien erba’ xhur minn meta jaslu d-dokumenti ppreżentati skont il-paragrafu 3, l-ACER għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha, b’mod partikolari lill-utenti tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, inklużi l-klijenti.

Artikolu 40 5

5.   Fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-opinjoni tal-ACER, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar id-dokumenti ppreżentati skont il-paragrafu 3, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-ACER kif imsemmi fil-paragrafu 4.

Artikolu 40 6

6.   Fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni, l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni għandhom jadottaw u jippubblikaw l-istatuti, ir-regoli ta’ proċedura u r-regoli aġġornati tal-entità tal-UE għad-DSO dwar il-finanzjament tagħhom.

Artikolu 40 7

7.   Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u lill-ACER meta jsirulhom xi bidliet jew meta ssir talba motivata minn xi ħadd minnhom. Il-Kummissjoni u l-ACER għandhom joħorġu opinjoni f’konformità mal-proċess stabbilit fil-paragrafi 3, 4 u 5.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.