+Artikolu 54 Possibbiltà li tiġi limitata l-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu
---+Artikolu 54 1
---+Artikolu 54 2
---+Artikolu 54 3
|
Artikolu 54 Possibbiltà li tiġi limitata l-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1
|
1. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li teskludi temporanjament offerti ta’ provvisti ta’ idroġenu li joriġina fil-Federazzjoni Russa jew fil-Belarussja milli jinġabar permezz ta’ mekkaniżmu li jappoġġa l-iżvilupp tas-suq tal-idroġenu, meta dan ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà jew is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, dment li tali miżuri:
|
(a)
|
ma jfixklux bla bżonn il-funzjonament adatt tas-suq intern għall-idroġenu u ma jheddux is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru;
|
|
(b)
|
jirrispettaw il-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika;
|
|
(c)
|
jittieħdu f’konformità mad-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri fir-rigward tal-pajjiżi terzi.
|
|
|
Artikolu 54 2
|
2. Biżżejjed qabel l-ewwel ġabra ta’ offerti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex issodisfati bil-ħsieb li tiddeċiedi dwar kwalunkwe miżura msemmija fih. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din għandha tkun valida għal perijodu ta’ mhux aktar minn sena u tista’ tiġġedded jekk tkun ġustifikata.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kontinwament jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex issodisfati u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati kif xieraq dwar il-valutazzjonijiet tagħha, inkluża l-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 54 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri adegwati biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|