2. Biżżejjed qabel l-ewwel ġabra ta’ offerti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex issodisfati bil-ħsieb li tiddeċiedi dwar kwalunkwe miżura msemmija fih. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din għandha tkun valida għal perijodu ta’ mhux aktar minn sena u tista’ tiġġedded jekk tkun ġustifikata.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kontinwament jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex issodisfati u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati kif xieraq dwar il-valutazzjonijiet tagħha, inkluża l-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.