+Artikolu 55 Koordinazzjoni transfruntiera f’dak li jikkonċerna l-kwalità tal-idroġenu
---+Artikolu 55 1
---+Artikolu 55 2
---+Artikolu 55 3
---+Artikolu 55 4
---+Artikolu 55 5
---+Artikolu 55 6
---+Artikolu 55 7
---+Artikolu 55 8
---+Artikolu 55 9
---+Artikolu 55 10
---+Artikolu 55 11
|
Artikolu 55 Koordinazzjoni transfruntiera f’dak li jikkonċerna l-kwalità tal-idroġenu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 55 1
|
1. L-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għandhom jikkooperaw biex jevitaw restrizzjonijiet fuq il-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu sabiex jissodisfaw r-rekwiżiti tal-kwalità ta’ applikazzjonijiet differenti tal-użu aħħari f’konformità mal-istandards applikabbli għall-kwalità tal-idroġenu.
|
|
Artikolu 55 2
|
2. Meta restrizzjoni għall-flussi transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu ma tkunx tista’ tiġi evitata mill-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu kkonċernati fl-operazzjonijiet standard tagħhom, dawn għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati mingħajr dewmien. L-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni u r-raġunijiet li jiġġustifikaw kwalunkwe miżura diġà meħuda mill-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu.
|
|
Artikolu 55 3
|
3. L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jaqblu b’mod konġunt, fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, dwar jekk jirrikonoxxux ir-restrizzjoni.
|
|
Artikolu 55 4
|
4. Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati jirrikonoxxu r-restrizzjoni skont il-paragrafu 3, dawn għandhom jitolbu lill-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu kkonċernati biex, fi żmien 12-il xahar mir-rikonoxximent tar-restrizzjoni msemmija f’dak il-paragrafu, iwettqu dawn l-azzjonijiet li ġejjin f’sekwenza:
|
(a)
|
jikkooperaw u jiżviluppaw alternattivi teknikament fattibbli biex titneħħa r-restrizzjoni rikonoxxuta;
|
|
(b)
|
iwettqu b’mod konġunt analiżi tal-kostbenefiċċji dwar l-alternattivi teknikament fattibbli ħalli jiddefinixxu soluzzjonijiet ekonomikament effiċjenti li għandhom jispeċifikaw id-diżaggregazzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji fost il-kategoriji tal-partijiet affettwati;
|
|
(c)
|
jipproduċu stima taż-żmien ta’ implimentazzjoni għal kull għażla potenzjali;
|
|
(d)
|
iwettqu konsultazzjoni pubblika dwar soluzzjonijiet fattibbli identifikati u jqisu r-riżultati ta’ dik il-konsultazzjoni;
|
|
(e)
|
jissottomettu proposta konġunta, abbażi ta’ analiżi tal-kostbenefiċċji u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika, għal soluzzjoni li tneħħi r-restrizzjoni rikonoxxuta, inkluż l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħha, lill-awtoritajiet regolatorji kkonċernati tagħhom għall-approvazzjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-oħra ta’ kull Stat Membru kkonċernat għall-informazzjoni.
|
|
|
Artikolu 55 5
|
5. Meta l-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu kkonċernati ma jilħqux ftehim biex jissottomettu proposta konġunta dwar il-paragrafu 4, il-punt (e), kull operatur tan-networks tat-trażmissjoni tal-idroġenu għandu jinforma lill-awtorità regolatorja tiegħu mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 55 6
|
6. L-awtoritajiet regolatorji kkonċernati għandhom jieħdu deċiżjoni koordinata konġunta għat-tneħħija tar-restrizzjoni rikonoxxuta, filwaqt li jqisu l-analiżi tal-kostbenefiċċji mwettqa mill-operaturi tan-networks tat-trażmissjoni tal-idroġenu kkonċernati u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika mwettqa skont il-paragrafu 4, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu fi żmien sitt xhur minn meta tiġi riċevuta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
|
|
Artikolu 55 7
|
7. Id-deċiżjoni koordinata konġunta tal-awtoritajiet regolatorji kkonċernati msemmija fil-paragrafu 6 għandha tinkludi deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tal-investimenti li jrid iġarrab kull operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għall-implimentazzjoni tas-soluzzjoni miftiehma, kif ukoll l-inklużjoni tagħhom fit-tariffi wara l-1 ta’ Jannar 2033, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tas-soluzzjoni fl-Istati Membri kkonċernati.
|
|
Artikolu 55 8
|
8. L-ACER tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji rigward id-dettalji ta’ dawn id-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet kif imsemmi fil-paragrafu 7.
|
|
Artikolu 55 9
|
9. Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-ACER għandha tiddeċiedi dwar ir-restrizzjoni, f’konformità mal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942. Meta l-ACER tirrikonoxxi r-restrizzjoni, din għandha titlob lill-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu kkonċernati biex fi żmien 12-il xahar iwettqu l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu f’sekwenza.
|
|
Artikolu 55 10
|
10. Meta l-awtoritajiet regolatorji kkonċernati ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjonikkoordinata konġunta kif imsemmi fil-paragrafi 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu, l-ACER għandha tiddeċiedi dwar is-soluzzjoni biex tneħħi r-restrizzjoni rikonoxxuta u dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet tal-investiment li jrid iġarrab kull operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għall-implimentazzjoni tas-soluzzjoni maqbula, f’konformità mal-Artikolu 6(10) tar-Regolament (UE) 2019/942.
|
|
Artikolu 55 11
|
11. Aktar dettalji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inkluż dettalji dwar speċifikazzjoni vinkolanti komuni tal-kwalità tal-idroġenu għal interkonnetturi transfruntieri tal-idroġenu, analiżi tal-kostbenefiċċji għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-fluss transfruntier minħabba differenzi fil-kwalità tal-idroġenu, regoli dwar l-interoperabbiltà għall-infrastruttura transfruntiera tal-idroġenu, inkluż l-indirizzar ta’ ftehimiet ta’ interkonnessjoni, unitajiet, skambju tad-data, komunikazzjoni u għoti tal-informazzjoni fost il-parteċipanti rilevanti fis-suq, għandhom jiġu stabbiliti f’kodiċi tan-networks stabbilit skont l-Artikolu 72(1), il-punt (b).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|