+Artikolu 59 Kompiti tal-ENNOH
---+Artikolu 59 1
---+Artikolu 59 2
---+Artikolu 59 3
---+Artikolu 59 4
---+Artikolu 59 5
---+Artikolu 59 6

Artikolu 59 Kompiti tal-ENNOH

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 59 1

1.   L-ENNOH għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jiżviluppa kodiċijiet tan-network fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 72 biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 57;

(b)

jiżviluppa b’mod konġunt mal-ENTSO tal-Gass il-kodiċijiet tan-network imsemmija fl-Artikolu 72(1), il-punt (f);

(c)

jadotta u jippubblika, kull sentejn, pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-idroġenu għall-Unjoni kollha mhux obbligatorju msemmi fl-Artikolu 60 (il-“pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha”), inkluż prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea;

(d)

jikkoopera mal-ENTSO tal-Elettriku, mal-ENTSO tal-Gass u mal-entità tal-UE għad-DSO;

(e)

jiżviluppa rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu dwar il-kooperazzjoni teknika tagħhom mal-operaturi tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu u mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u mal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni fl-Unjoni;

(f)

jiżviluppa rakkomandazzjonijiet relatati mal-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni teknika bejn l-operaturi tan-networks tal-idroġenu tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi;

(g)

jadotta programm ta’ ħidma annwali;

(h)

jadotta rapport annwali;

(i)

jadotta prospett annwali għall-provvista tal-idroġenu li jkopri lill-Istati Membri li jużaw l-idroġenu fil-ġenerazzjoni tal-elettriku;

(j)

jadotta rapport ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-idroġenu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2026 u mbagħad kull sentejn wara dan, inkluż żviluppi u tbassir għall-iżviluppi mistennija tal-parametri tal-kwalità tal-idroġenu, kif ukoll informazzjoni dwar każijiet relatati ma’ differenzi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-idroġenu u kif issolvew dawn il-każijiet;

(k)

jippromwovi ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u mal-entitajiet regolati;

(l)

jiżviluppa u jippromwovi l-aħjar prattiki fid-detezzjoni, il-monitoraġġ u t-tnaqqis tat-tnixxijiet tal-idroġenu.

Artikolu 59 2

2.   L-ENNOH għandu jimmonitorja u janalizza l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u l-linji gwida adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 72, 73 u 74, u l-effett tagħhom fuq l-armonizzazzjoni tar-regoli applikabbli mmirati biex jiġi ffaċilitat l-iżvillup u l-integrazzjoni tas-suq tal-idroġenu. L-ENNOH għandu jirrapporta s-sejbiet tiegħu lill-ACER u għandu jinkludi r-riżultati tal-analiżi fir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (h), ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 59 3

3.   L-ENNOH għandu jippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-assemblea, tal-bord u tal-kumitati tiegħu u jipprovdi informazzjoni regolari lill-pubbliku dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 59 4

4.   Il-programm ta’ ħidma annwali msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (g), għandu jinkludi lista u deskrizzjoni tal-kodiċijiet tan-network li jridu jitħejjew, pjan dwar il-koordinazzjoni tal-operazzjoni tan-network tal-idroġenu, lista tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp, li jridu jsiru matul dik is-sena, u kalendarju indikattiv.

Artikolu 59 5

5.   L-ENNOH għandu jipprovdi lill-ACER bl-informazzjoni li din teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha skont l-Artikolu 64. Sabiex l-ENNOH ikun jista’ jissodisfa dak ir-rekwiżit, l-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-ENNOH.

Artikolu 59 6

6.   Meta jintalab mill-Kummissjoni, l-ENNOH għandu jagħti l-fehmiet tiegħu lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tal-linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 74.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.