+Artikolu 59 1

Artikolu 59 1

1.   L-ENNOH għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jiżviluppa kodiċijiet tan-network fl-oqsma elenkati fl-Artikolu 72 biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 57;

(b)

jiżviluppa b’mod konġunt mal-ENTSO tal-Gass il-kodiċijiet tan-network imsemmija fl-Artikolu 72(1), il-punt (f);

(c)

jadotta u jippubblika, kull sentejn, pjan tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-idroġenu għall-Unjoni kollha mhux obbligatorju msemmi fl-Artikolu 60 (il-“pjan tal-iżvilupp tan-network għall-idroġenu għall-Unjoni kollha”), inkluż prospett dwar l-adegwatezza tal-provvista Ewropea;

(d)

jikkoopera mal-ENTSO tal-Elettriku, mal-ENTSO tal-Gass u mal-entità tal-UE għad-DSO;

(e)

jiżviluppa rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu dwar il-kooperazzjoni teknika tagħhom mal-operaturi tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu u mal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u mal-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni fl-Unjoni;

(f)

jiżviluppa rakkomandazzjonijiet relatati mal-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni teknika bejn l-operaturi tan-networks tal-idroġenu tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi;

(g)

jadotta programm ta’ ħidma annwali;

(h)

jadotta rapport annwali;

(i)

jadotta prospett annwali għall-provvista tal-idroġenu li jkopri lill-Istati Membri li jużaw l-idroġenu fil-ġenerazzjoni tal-elettriku;

(j)

jadotta rapport ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-idroġenu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2026 u mbagħad kull sentejn wara dan, inkluż żviluppi u tbassir għall-iżviluppi mistennija tal-parametri tal-kwalità tal-idroġenu, kif ukoll informazzjoni dwar każijiet relatati ma’ differenzi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-idroġenu u kif issolvew dawn il-każijiet;

(k)

jippromwovi ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u mal-entitajiet regolati;

(l)

jiżviluppa u jippromwovi l-aħjar prattiki fid-detezzjoni, il-monitoraġġ u t-tnaqqis tat-tnixxijiet tal-idroġenu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.