1. Waqt it-tħejjija tal-proposti skont il-kompiti msemmija fl-Artikolu 59, l-ENNOH għandu jwettaq proċess estensiv ta’ konsultazzjoni pubblika, fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti, li jkun jinvolvi lill-parteċipanti kollha fis-suq, u, b’mod partikolari, lil-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati kollha, f’konformità mar-regoli ta’ proċedura msemmija fl-Artikolu 57. Il-proċess ta’ konsultazzjoni għandu jakkomoda l-kummenti tal-partijiet ikkonċernati qabel l-adozzjoni finali tal-proposta, bl-għan li jidentifika l-fehmiet u l-proposti tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha waqt il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dik il-konsultazzjoni għandha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet regolatorji u lil awtoritajiet nazzjonali oħra, il-produtturi, l-utenti tan-network, inkluż il-klijenti, il-korpi tekniċi u l-pjattaformi tal-partijiet ikkonċernati.