+Artikolu 66 Rekwiżiti ta’ trasparenza li jikkonċernaw lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu
---+Artikolu 66 1
---+Artikolu 66 2
---+Artikolu 66 3
---+Artikolu 66 4
---+Artikolu 66 5
---+Artikolu 66 6
---+Artikolu 66 7
---+Artikolu 66 8

Artikolu 66 Rekwiżiti ta’ trasparenza li jikkonċernaw lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 66 1

1.   L-operatur tan-networks tal-idroġenu għandu jippubblika informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi li joffri u l-kundizzjonijiet rilevanti applikati, flimkien mal-informazzjoni teknika meħtieġa mill-utenti tan-networks tal-idroġenu biex jikseb aċċess effettiv għan-network.

Artikolu 66 2

2.   Biex ikunu żgurati tariffi trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji u biex jiġi ffaċilitat l-użu effiċjenti tan-network tal-gass, mill-1 ta’ Jannar 2031 l-operaturi tan-networks tal-idroġenu jew l-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jippubblikaw informazzjoni sħiħa dwar id-derivazzjoni, il-metodoloġija u l-istruttura tariffarja.

Artikolu 66 3

3.   L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar il-kwalità tal-idroġenu trasportat fin-networks tagħhom, li jaf taffettwa lill-utenti tan-network.

Artikolu 66 4

4.   Il-punti rilevanti tan-network tal-idroġenu li dwarhom trid tiġi pubblikata l-informazzjoni għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet kompetenti wara konsultazzjoni mal-utenti tan-network tal-idroġenu.

Artikolu 66 5

5.   L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jiżvelaw dejjem l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament b’mod sinifikattiv, kwantifikabbli b’mod ċar, aċċessibbli faċilment u b’mod nondiskriminatorju.

Artikolu 66 6

6.   L-operaturi tan-networks tal-idroġenu għandhom jippubblikaw informazzjoni ex ante u ex post dwar il-provvista u d-domanda, inkluż tbassir perjodiku u l-informazzjoni rreġistrata. L-awtorità regolatorja għandha tiżgura li kull informazzjoni bħal din issir pubblika. Il-livell tad-dettall tal-informazzjoni li tiġi ppubblikata għandha tirrifletti l-informazzjoni disponibbli għall-operatur tan-networks tal-idroġenu.

Artikolu 66 7

7.   Il-parteċipanti kkonċernati fis-suq għandhom jipprovdu d-data msemmija f’dan l-Artikolu lill-operaturi tan-networks tal-idroġenu.

Artikolu 66 8

8.   Aktar dettalji meħtieġa biex jiġu implimentati r-rekwiżiti ta’ trasparenza għall-operaturi tan-networks tal-idroġenu, inkluż dettalji ulterjuri dwar il-kontenut, il-frekwenza u l-forma tal-għoti tal-informazzjoni mill-operaturi tan-networks tal-idroġenu, għandhom jiġu stabbiliti f’kodiċi tan-network stabbilit f’konformità mal-Artikolu 72(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.