+Artikolu 69 1

Artikolu 69 1

1.   Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni f’kodiċi tan-network skont l-Artikolu 72(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament jew tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet komuni għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 50 tad-Direttiva (UE) 2024/1788, meta:

(a)

dawk ir-rekwiżiti ma jkunux koperti mill-istandards armonizzati, jew minn partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(b)

il-Kummissjoni tkun talbet, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex jabbozzaw standard armonizzat għal dawk ir-rekwiżiti u mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun ġiet issodisfata:

(i)

it-talba tal-Kummissjoni ma tkunx ġiet aċċettata minn ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni;

(ii)

il-Kummissjoni tosserva dewmien bla bżonn fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati mitluba;

(iii)

organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni tkun ħarġet standard li ma jikkorrispondix kompletament mat-talba tal-Kummissjoni; jew

(c)

il-Kummissjoni tkun iddeċidiet skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 li żżomm b’restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għall-istandards armonizzati, jew għal partijiet minnhom, li bihom ikunu koperti dawk ir-rekwiżiti.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.