+Artikolu 70 3

Artikolu 70 3

3.   Sal-5 ta’ Frar 2026, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jippreżentaw talba lill-Kummissjoni għal deroga mill-applikazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u tal-linji gwida msemmija fil-paragrafu 1 fil-punti ta’ dħul minn pajjiżi terzi u fil-punti ta’ ħruġ lejhom skont il-paragrafu 2, il-punt (d). It-talba għal deroga għandha tiġi ppreżentata simultanjament lill-Kummissjoni u lill-ACER. L-ACER għandha tipprovdi opinjoni motivata lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mid-data tar-rċevuta tat-talba għal deroga.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar it-talba għal deroga, filwaqt li tqis l-opinjoni motivata tal-ACER u wara li tivvaluta jekk l-awtorità regolatorja:

(a)

urietx li kodiċi tan-network jew linja gwida, jew element speċifiku ta’ dawk l-atti, ma jistgħux jiġu implimentati b’mod effettiv fil-punti ta’ dħul minn pajjiżi terzi u fil-punti ta’ ħruġ lejhom; fil-każ ta’ punti ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiżi terzi li għandhom l-obbligu li jadattaw għall-acquis tal-Unjoni dwar l-enerġija, inkluż dan ir-Regolament, skont ftehim konkluż bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi terzi, iżda fejn l-applikazzjoni jew l-implimentazzjoni ma tkunx tlestiet, it-talba għal deroga għandha tispeċifika liema dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma ġewx applikati jew implimentati b’mod effettiv fil-pajjiż terz ikkonċernat jew liema regoli tekniċi jew nuqqas ta’ regoli tekniċi fil-pajjiż terz jimpedixxu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-kodiċi tan-netwerk jew tal-linja gwida rilevanti;

(b)

spjegatx liema miżuri ttieħdu biex itaffu l-ostakli għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-kodiċi tan-network jew tal-linja gwida rilevanti;

(c)

urietx li d-deroga mhix detrimentali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass naturali, jew tas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru.

Id-deroga għandha tkun limitata għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ma jistgħux jiġu implimentati b’mod effettiv u għandha tingħata għal perijodu ta’ żmien limitat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.