+Artikolu 71 2
|
Artikolu 71 2
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kodiċijiet tan-network fl-oqsma li ġejjin:
|
(a)
|
regoli dwar l-interoperabbiltà għas-sistema tal-gass naturali, li jimplimentaw l-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikoli 10, 39 u 44 tad-Direttiva (UE) 2024/1788, inkluż l-indirizzar ta’ ftehimiet ta’ interkonnessjoni, regoli dwar il-kontroll tal-flussi u prinċipji tal-kejl għall-kwantità tal-gass naturali u l-kwalità tal-gass, regoli dwar l-allokazzjoni u t-tqabbil, settijiet komuni ta’ unitajiet, skambju tad-data, kwalità tal-gass, inkluż regoli dwar il-ġestjoni tar-restrizzjonijiet transfruntieri minħabba differenzi fil-kwalità tal-gass jew minħabba differenzi fil-prattiki ta’ odorizzazzjoni jew minħabba differenzi fil-volum tal-idroġenu mħallat fis-sistema tal-gass naturali, analiżi tal-kostbenefiċċji għat-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-flussi transfruntieri, klassifikazzjoni tal-Indiċi Wobbe, miżuri ta’ mitigazzjoni, livelli minimi ta’ aċċettazzjoni għall-parametri tal-kwalità tal-gass rilevanti biex ikun żgurat fluss transfruntier bla xkiel tal-bijometan, pereżempju l-kontenut tal-ossiġenu, il-monitoraġġ tal-kwalità tal-gass fi żmien qasir u fit-tul, l-għoti tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fost il-parteċipanti rilevanti fis-suq, ir-rapportar dwar il-kwalità tal-gass, it-trasparenza, il-proċeduri ta’ komunikazzjoni inkluż fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali;
|
|
(b)
|
regoli dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni li jimplimentaw l-Artikoli 8 sa 11 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 31 tad-Direttiva (UE) 2024/1788, inkluż regoli dwar il-kooperazzjoni fuq il-proċeduri ta’ manutenzjoni u kalkolu tal-kapaċità li jaffettwaw l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-istandardizzazzjoni ta’ prodotti u unitajiet tal-kapaċità inkluż ir-raggruppament, il-metodoloġija tal-allokazzjoni inkluż algoritmi tal-irkant, is-sekwenza u l-proċedura għall-kapaċità eżistenti, inkrimentali, kostanti u interruttibbli, il-pjattaformi ta’ prenotazzjoni tal-kapaċità, skemi ta’ sottoskrizzjoni żejda u xiri lura, skemi ta’ użu jew telf għal perijodu qasir u għal perijodu fit-tul jew xi skema oħra ta’ ġestjoni tal-konġestjoni li tevita l-ikkapparrar tal-kapaċità;
|
|
(c)
|
regoli dwar l-ibbilanċjar, inkluż regoli relatati man-network dwar il-proċedura tan-nominazzjoni, regoli dwar l-imposti tal-iżbilanċ, il-proċessi ta’ ssetiljar assoċjati mal-imposta tal-iżbilanċ ta’ kuljum u regoli dwar l-ibbilanċjar operazzjonali bejn is-sistemi tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni li jimplimentaw l-Artikoli 8 sa 11 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 39(5) tad-Direttiva (UE) 2024/1788;
|
|
(d)
|
regoli dwar strutturi tariffarji armonizzati ta’ trażmissjoni li jimplimentaw l-Artikoli 17 u 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 78(7) tad-Direttiva (UE) 2024/1788, inkluż regoli dwar l-applikazzjoni ta’ metodoloġija tal-prezz ta’ referenza, ir-rekwiżiti assoċjati ta’ konsultazzjoni u ta’ pubblikazzjoni inkluż għad-dħul permess jew immirat u l-kalkolu tal-prezzijiet ta’ riżerva għall-prodotti ta’ kapaċità standard, skontijiet għat-terminal u l-ħażna tal-LNG, il-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-għoti ta’ skont għall-gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx tal-karbonju, inkluż prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta’ kumpens għall-operaturi tas-sistemi ta’ intertrażmissjoni skont l-Artikolu 17(4) u l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, meta applikabbli;
|
|
(e)
|
regoli għad-determinazzjoni tal-valur tal-assi trasferiti u l-imposta dedikata.
|
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 81(3).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|