10. L-ENNOH għandu jlaqqa’ kumitat għall-abbozzar biex jassistih fil-proċess tal-iżvilupp tal-kodiċi tan-network. Il-kumitat għall-abbozzar għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-ACER, tal-ENTSO tal-Gass, tal-ENTSO tal-Elettriku, u meta xieraq, tal-entità tal-UE għad-DSO, u minn għadd limitat tal-partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin. L-ENNOH għandu jiżviluppa proposti għal kodiċijiet tan-network fl-oqsma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 meta jintalab jagħmel hekk mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 9.