15. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li tadotta u temenda l-linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 74. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-ENNOH jiżviluppa gwida mhux vinkolanti fl-oqsma stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu meta dik il-gwida ma tkunx relatata mal-oqsma koperti minn talba indirizzata lill-ENNOH mill-Kummissjoni. L-ENNOH għandu jippreżenta kwalunkwe gwida bħal din lill-ACER għal opinjoni u għandu jqis dik l-opinjoni kif xieraq.