+L-Artikolu 74 Linji gwida
---+L-Artikolu 74 1
---+L-Artikolu 74 2
---+L-Artikolu 74 3
---+L-Artikolu 74 4
---+L-Artikolu 74 5
|
L-Artikolu 74 Linji gwida
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 74 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta linji gwida vinkolanti fl-oqsma elenkati f’dan l-Artikolu.
|
|
L-Artikolu 74 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta linji gwida fl-oqsma fejn atti bħal dawn jistgħu jiġu żviluppati wkoll skont il-proċedura tal-kodiċijiet tan-network f’konformità mal-Artikoli 71 u 72. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati fil-forma ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni, skont l-għoti tas-setgħa rilevanti previst f’dan ir-Regolament.
|
|
L-Artikolu 74 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi linji gwida fl-oqsma li ġejjin:
|
(a)
|
dettalji dwar is-servizzi tal-aċċess ta’ partijiet terzi inkluż il-karattru, id-durata u r-rekwiżiti oħrajn ta’ dawn is-servizzi, skont l-Artikoli 6, 7 u 8;
|
|
(b)
|
dettalji dwar il-prinċipji sottostanti għall-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni ta’ kapaċità u dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri għall-amministrazzjoni ta’ konġestjoni f’każ ta’ konġestjoni kuntrattwali, f’konformità mal-Artikoli 10 u 11;
|
|
(c)
|
dettalji dwar l-għoti ta’ informazzjoni, id-definizzjoni ta’ informazzjoni teknika meħtieġa għall-utenti tan-network biex jiksbu aċċess effettiv għas-sistema u d-definizzjoni tal-punti rilevanti kollha għar-rekwiżiti tat-trasparenza, inkluża l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikat fil-punti rilevanti kollha flimkien mal-iskeda taż-żmien għall-pubblikazzjoni ta’ dik l-informazzjoni, f’konformità mal-Artikoli 33 u 34;
|
|
(d)
|
dettalji dwar il-metodoloġija tariffarja relatata mal-kummerċ transfruntier tal-gass naturali, f’konformità mal-Artikoli 17 u 18.
|
|
|
L-Artikolu 74 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 80 biex temenda l-linji gwida stabbiliti fl-Anness I, bil-ħsieb li jiġu speċifikati:
|
(a)
|
id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata dwar il-metodoloġija użata biex jiġi stabbilit id-dħul regolat tal-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjonioperatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni, f’konformità mal-Artikoli 33 u 34;
|
|
(b)
|
id-dettalji tal-prinċipji tal-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-konġestjoni li jimplimentaw l-Artikoli 10 u 11;
|
|
(c)
|
id-dettalji tal-informazzjoni teknika meħtieġa għall-utenti tan-network biex jiksbu aċċess effettiv għas-sistema tal-gass naturali fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 33(1);
|
|
(d)
|
id-dettalji tad-definizzjoni tal-punti rilevanti kollha, l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata u l-iskeda ta’ żmien għar-rekwiżiti ta’ trasparenza li jimplimentaw l-Artikolu 33;
|
|
(e)
|
id-dettalji tal-format u l-kontenut tal-informazzjoni teknika dwar l-aċċess għan-network li għandha tiġi ppubblikata mill-operaturi tan-networks tal-idroġenu li jimplimentaw l-Artikolu 66.
|
|
|
L-Artikolu 74 5
|
5. Meta temenda l-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta:
|
(a)
|
lill-ACER, l-ENTSO tal-Gass u l-entità tal-UE għad-DSO u, meta rilevanti, partijiet ikkonċernati oħra għal-linji gwida li jikkonċernaw il-gass naturali;
|
|
(b)
|
lill-ACER, l-ENNOH u lill-entità tal-UE għad-DSO u, meta rilevanti, partijiet ikkonċernati oħra għal-linji gwida li jikkonċernaw l-idroġenu.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|