3. Jekk l-Istat Membru jew l-awtorità regolatorja kkonċernata ma jipprovdux l-informazzjoni lill-Kummissjoni sal-limitu ta’ żmien stabbilit, il-Kummissjoni tista’ titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-fini ta’ infurzar ta’ dan ir-Regolament direttament lill-impriżi kkonċernati.
Meta tibgħat talba għall-informazzjoni lil impriża, il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin, tibgħat kopja tat-talba lill-Istat Membru jew lill-awtorità regolatorja kkonċernata tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab is-sede tal-impriża.