+Artikolu 76 Għoti ta’ informazzjoni u kunfidenzjalità
---+Artikolu 76 1
---+Artikolu 76 2
---+Artikolu 76 3
---+Artikolu 76 4
---+Artikolu 76 5
---+Artikolu 76 6
---+Artikolu 76 7

Artikolu 76 Għoti ta’ informazzjoni u kunfidenzjalità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 76 1

1.   L-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-infurzar ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-linji gwida u l-kodiċijiet tan-network adottati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 76 2

2.   Il-Kummissjoni għandha tiffissa żmien raġonevoli sa meta l-informazzjoni għandha tkun provduta, filwaqt li titqies il-kumplessità u l-urġenza tal-informazzjoni meħtieġa.

Artikolu 76 3

3.   Jekk l-Istat Membru jew l-awtorità regolatorja kkonċernata ma jipprovdux l-informazzjoni lill-Kummissjoni sal-limitu ta’ żmien stabbilit, il-Kummissjoni tista’ titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-fini ta’ infurzar ta’ dan ir-Regolament direttament lill-impriżi kkonċernati.

Meta tibgħat talba għall-informazzjoni lil impriża, il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin, tibgħat kopja tat-talba lill-Istat Membru jew lill-awtorità regolatorja kkonċernata tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab is-sede tal-impriża.

Artikolu 76 4

4.   Fit-talba tagħha għall-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-bażi ġuridika tat-talba, il-limitu ta’ żmien sa meta trid tingħata l-informazzjoni, l-għan tat-talba, u l-penali previsti fl-Artikolu 77(2) għall-għoti ta’ informazzjoni skorretta, inkompleta jew qarrieqa.

Artikolu 76 5

5.   Is-sidien tal-impriżi jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, il-persuni fiżiċi awtorizzati li jirrappreżentaw lill-impriża legalment jew bl-istrument ta’ inkorporazzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Meta jiġu awtorizzati avukati biex jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijent tagħhom, il-klijent għandu jibqa’ responsabbli għalkollox f’każ li l-informazzjoni mogħtija tkun inkompleta, skorretta jew qarrieqa.

Artikolu 76 6

6.   Meta impriża ma tipprovdix l-informazzjoni mitluba sal-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni jew tipprovdi informazzjoni inkompleta, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni li teżiġi l-għoti tal-informazzjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa u tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli sa meta trid tingħata. Għandha tindika l-penali previsti fl-Artikolu 77(2). Għandha wkoll tindika d-dritt ta’ rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha, fl-istess ħin, tibgħat kopja tad-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza tal-persuna jew is-sede tal-impriża jew l-awtorità regolatorja ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 76 7

7.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tintuża biss għall-fini ta’ infurzar ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni ma għandhiex tiżvela informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament meta dik l-informazzjoni tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.