|
+Artikolu 84 (5) |
Artikolu 84 (5)jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 8a Miżuri dwar iċ-ċibersigurtà 1. Meta jistabbilixxu l-pjanijiet ta’ azzjoni preventiva u l-pjanijiet ta’ emerġenza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-miżuri xierqa relatati maċ-ċibersigurtà. 2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 19 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli speċifiċi għas-settur tal-gass, għall-aspetti taċ-ċibersigurtà tal-flussi transfruntieri tal-gass, inkluż regoli dwar ir-rekwiżiti minimi komuni, l-ippjanar, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-ġestjoni tal-kriżijiet. 3. Għall-fini li tabbozza l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib mal-Aġenzija, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), mal-ENTSOG u ma’ għadd limitat ta’ partijiet ikkonċernati affettwati ewlenin, kif ukoll ma’ entitajiet b’kompetenzi eżistenti fiċ-ċibersigurtà, fil-mandat tagħhom, bħaċ-Ċentri ta’ Operazzjoni għaċ-Ċibersigurtà (SOCs) rilevanti għall-entitajiet regolati, u l-iskwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters (CSIRTs), kif imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2). (*2) Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).”;" 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|