+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1
------+Article 1 1
------+Article 1 2
---+Artikolu 2
------+Article 2 (a)
------+Article 2 (b)
------+Article 2 (c)
------+Article 2 2
---+Artikolu 3
------+Article 3 (1)
------+Article 3 (2)
------+Article 3 (3)
------+Article 3 (4)
------+Article 3 (5)
------+Article 3 (6)
------+Article 3 (7)
------+Article 3 (8)
------+Article 3 (9)
------+Article 3 (10)
------+Article 3 (11)
------+Article 3 (12)
------+Article 3 (13)
------+Article 3 (14)
------+Article 3 (15)
------+Article 3 (16)
------+Article 3 (17)
------+Article 3 (18)
------+Article 3 (19)
------+Article 3 (20)
------+Article 3 (21)
------+Article 3 (22)
------+Article 3 (23)
------+Article 3 (24)

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1
Artikolu 2

Artikolu 2

Ambitu ġeografiku

Dan ir-Regolament japplika għall-ekosistemi kif imsemmija fl-Artikoli 4 sa 12:

(a) 

fit-territorju tal-Istati Membri;

(b) 

fl-ilmijiet kostali, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (7), tad-Direttiva 2000/60/KE, tal-Istati Membri, qiegħ il-baħar tagħhom jew is-sottoswol tagħhom;

(c) 

fl-ilmijiet, f’qiegħ il-baħar jew fis-sottoswol fuq in-naħa marittima tal-linja bażi li minnha titkejjel il-firxa tal-ilmijiet territorjali ta’ Stat Membru, li testendi sal-konfini taż-żona fejn Stat Membru għandu jew jeżerċita drittijiet sovrani jew ġuriżdizzjoni, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982 ( 1 ).

Dan ir-Regolament japplika biss għal ekosistemi fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati.

Artikolu 3

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“ekosistema” tfisser kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali, fungi u mikroorganiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom, li jinteraġixxu bħala unità funzjonali, u jinkludu tipi ta’ ħabitats, ħabitats ta’ speċi u popolazzjonijiet ta’ speċi;

(2) 

“ħabitat ta’ speċi” tfisser ħabitat ta’ speċi kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (f), tad-Direttiva 92/43/KEE;

(3) 

“restawr” tfisser il-proċess ta’ assistenza attiva jew passiva għall-irkupru ta’ ekosistema sabiex jittejbu l-istruttura u l-funzjonijiet tagħha, bl-għan li jiġu kkonservati jew imsaħħa l-bijodiversità u r-reżiljenza tal-ekosistema, permezz tat-titjib ta’ żona ta’ tip ta’ ħabitat għal kundizzjoni tajba, l-istabbiliment mill-ġdid ta’ erja ta’ referenza favorevoli, u t-titjib ta’ ħabitat ta’ speċi għal kwalità u kwantità suffiċjenti f’konformità mal-Artikolu 4(1), (2) u (3) u l-Artikolu 5(1), (2) u (3), u l-ilħuq tal-miri u l-issodisfar tal-obbligi skont l-Artikoli 8 sa 12, inkluż l-ilħuq ta’ livelli sodisfaċenti għall-indikaturi msemmija fl-Artikoli 8 sa 12;

(4) 

“kundizzjoni tajba” tfisser, fir-rigward ta’ żona ta’ tip ta’ ħabitat, stat fejn il-karatteristiċi ewlenin tat-tip ta’ ħabitat, b’mod partikolari l-istruttura, il-funzjonijiet u l-ispeċi tipiċi jew il-kompożizzjoni ta’ speċi tipiċi tiegħu jirriflettu l-livell għoli ta’ integrità ekoloġika, ta’ stabbiltà u ta’ reżiljenza meħtieġa biex tiġi żgurata ż-żamma fit-tul tiegħu u b’hekk jikkontribwixxu biex jintlaħaq jew jinżamm stat ta’ konservazzjoni favorevoli għal ħabitat, fejn it-tip ta’ ħabitat ikkonċernat ikun elenkat fl-Anness I għad-Direttiva 92/43/KEE, u, f’ekosistemi tal-baħar, jikkontribwixxi għall-kisba jew iż-żamma ta’ stat ambjentali tajjeb;

(5) 

“stat ambjentali tajjeb” tfisser stat ambjentali tajjeb kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (5), tad-Direttiva 2008/56/KE;

(6) 

“stat ta’ konservazzjoni favorevoli għal ħabitat” tfisser stat ta’ konservazzjoni favorevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 1, il-punt (e), tad-Direttiva 92/43/KEE;

(7) 

“stat ta’ konservazzjoni favorevoli għal speċi” tfisser stat ta’ konservazzjoni favorevoli skont it-tifsira tal-Artikolu 1, il-punt (i), tad-Direttiva 92/43/KEE;

(8) 

“erja ta’ referenza favorevoli” tfisser l-erja totali ta’ tip ta’ ħabitat f’reġjun bijoġeografiku jew tal-baħar partikolari fil-livell nazzjonali li titqies bħala l-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tat-tip ta’ ħabitat u l-ispeċi tipiċi jew il-kompożizzjoni ta’ speċi tipiċi tiegħu, u l-varjazzjonijiet ekoloġiċi sinifikanti kollha ta’ dak it-tip ta’ ħabitat fil-medda naturali tiegħu, u li hija magħmula mill-erja attwali tat-tip ta’ ħabitat u, jekk dik l-erja ma tkunx biżżejjed għall-vijabbiltà fit-tul ta’ dak it-tip ta’ ħabitat u l-ispeċi tipiċi tiegħu jew il-kompożizzjoni tal-ispeċi tipiċi tiegħu, l-erja addizzjoni meħtieġa għall-istabbiliment mill-ġdid tat-tip ta’ ħabitat; meta t-tip ta’ ħabitat ikkonċernat ikun elenkat fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE, tali stabbiliment mill-ġdid jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-istat ta’ konservazzjoni favorevoli għal ħabitat u, fl-ekosistemi tal-baħar, tali stabbiliment mill-ġdid jikkontribwixxi biex jinkiseb jew jinżamm stat ambjentali tajjeb;

(9) 

“kwalità suffiċjenti ta’ ħabitat” tfisser il-kwalità ta’ ħabitat ta’ speċi li tippermetti li r-rekwiżiti ekoloġiċi ta’ speċi jiġu ssodisfati fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu bijoloġiku tagħha sabiex tkun qed iżżomm lilha nnifisha fuq bażi fit-tul bħala komponent vijabbli tal-ħabitat tagħha fil-medda naturali tagħha, li tikkontribwixxi biex jintlaħaq jew jinżamm stat ta’ konservazzjoni favorevoli għal speċi elenkat fl-Anness II, IV jew V tad-Direttiva 92/43/KEE u li tiżgura l-popolazzjonijiet tal-ispeċi tal-għasafar selvaġġi koperti mid-Direttiva 2009/147/KE u, barra minn hekk, fl-ekosistemi tal-baħar, li tikkontribwixxi biex jinkiseb jew jinżamm stat ambjentali tajjeb;

(10) 

“kwantità suffiċjenti tal-ħabitat” tfisser il-kwantità ta’ ħabitat ta’ speċi li tippermetti li r-rekwiżiti ekoloġiċi ta’ speċi jiġu ssodisfati fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu bijoloġiku tagħha sabiex tkun qed iżżomm lilha nnifisha fuq bażi fit-tul bħala komponent vijabbli tal-ħabitat tagħha fil-medda naturali tagħha, li tikkontribwixxi biex jintlaħaq jew jinżamm stat ta’ konservazzjoni favorevoli għal speċi elenkat fl-Anness II, IV jew V tad-Direttiva 92/43/KEE u li tiżgura l-popolazzjonijiet tal-ispeċi tal-għasafar selvaġġi koperti mid-Direttiva 2009/147/KE u, barra minn hekk, fl-ekosistemi tal-baħar, li tikkontribwixxi biex jinkiseb jew jinżamm stat ambjentali tajjeb;

(11) 

“tip ta’ ħabitat komuni u b’firxa wiesgħa” tfisser tip ta’ ħabitat li jseħħ f’diversi reġjuni bijoġeografiċi fl-Unjoni b’medda ta’ aktar minn 10 000  km2;

(12) 

“dakkara” tfisser insett selvaġġ li jittrasporta t-trab tad-dakra mill-antera ta’ pjanta għall-istigma ta’ pjanta, biex b’hekk tkun tista’ ssir il-fertilizzazzjoni u l-produzzjoni taż-żrieragħ;

(13) 

“tnaqqis fil-popolazzjonijiet tad-dakkara” tfisser tnaqqis fl-abbundanza jew fid-diversità, jew fit-tnejn, tad-dakkara;

(14) 

“speċi ta’ siġra indiġena” tfisser speċi ta’ siġra li tinsab fil-medda naturali tagħha, fil-passat jew fil-preżent, u l-potenzjal ta’ tixrid, jiġifieri fil-medda li tokkupa b’mod naturali jew li tista’ tokkupa mingħajr introduzzjoni diretta jew indiretta jew kura mill-bnedmin;

(15) 

“unità amministrattiva lokali” jew “LAU” tfisser diviżjoni amministrattiva ta’ livell baxx ta’ Stat Membru, taħt dik ta’ provinċja, reġjun jew stat, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(16) 

“ċentri urbani” u “raggruppamenti urbani” tfisser unitajiet territorjali klassifikati fi bliet, bliet żgħar u subborgi bl-użu tat-tipoloġija bbażata fuq il-grid stabbilita f’konformità mal-Artikolu 4b(2) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003;

(17) 

“bliet” tfisser LAUs fejn mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’ċentru urban wieħed jew aktar, imkejla bl-użu tal-grad ta’ urbanizzazzjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4b(3), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003;

(18) 

“bliet żgħar u subborgi” tfisser LAUs fejn inqas minn 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’ċentru urban, iżda mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’raggruppament urban, imkejla bl-użu tal-grad ta’ urbanizzazzjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4b(3), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003;

(19) 

“żoni periurbani” tfisser żoni biswit ċentri urbani jew raggruppamenti urbani, inkluż mill-inqas iż-żoni kollha f’distanza ta’ kilometru mkejla mil-limiti esterni ta’ dawk iċ-ċentri urbani jew ir-raggruppamenti urbani, u li jinsabu fl-istess belt jew fl-istess belt żgħira u subborg bħal dawk iċ-ċentri urbani jew ir-raggruppamenti urbani;

(20) 

“spazju aħdar urban” tfisser l-erja totali kollha ta’ siġar, sġajriet, arbuxelli, veġetazzjoni erbaċea permanenti, likeni u muski, għadajjar u kanali tal-ilma li tinsab fil-bliet jew fil-bliet żgħar u fis-subborgi, ikkalkulata abbażi tad-data pprovduta mis-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Art ta’ Copernicus taħt il-komponent ta’ Copernicus tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/696, u, jekk disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat, data supplimentari xierqa oħra pprovduta minn dak l-Istat Membru;

(21) 

“kopertura urbana bis-siġar” tfisser l-erja totali ta’ kopertura bis-siġar fi bliet u bliet żgħar u subborgi, ikkalkulata abbażi tad-data dwar id-Densità tal-Kopertura bis-Siġar ipprovduta mis-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Art ta’ Copernicus taħt il-komponent ta’ Copernicus tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/696, u, jekk disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat, data supplimentari xierqa oħra pprovduta minn dak l-Istat Membru;

(22) 

“xmara ġierja” tfisser xmara jew medda ta’ xmara li l-konnettività lonġitudinali, laterali u vertikali tagħha ma tkunx imfixkla minn strutturi artifiċjali li jiffurmaw ostaklu u li l-funzjonijiet naturali tagħha fil-biċċa l-kbira mhumiex affettwati;

(23) 

“tixrib mill-ġdid ta’ torbiera” huwa l-proċess tat-tibdil ta’ ħamrija tal-pit skulata f’ħamrija tal-pit imxarrba;

(24) 

“żona ta’ aċċellerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli” tfisser żona ta’ aċċellerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (9a), tad-Direttiva (UE) 2018/2001.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1991
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.