4. Fil-każ tal-forniment transfruntier ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fi spazju tal-ajru li hu fir-responsabbiltà ta’ Stat Membru ieħor, il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jipprevedu r-rikonoxximent reċiproku tat-twettiq, minn kull wieħed mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet tagħhom, tal-kompiti stipulati f’dan ir-Regolament u tar-riżultati tat-twettiq ta’ dawn il-kompiti. Għandhom jispeċifikaw ukoll liema awtorità superviżorja nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-kompiti stipulati fl-Artikolu 5(1).