+Artikolu 6 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
|
Artikolu 6 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiskambjaw, fil-qafas tal-Bord ta’ Kooperazzjoni tal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali msemmi fl-Artikolu 18, informazzjoni rilevanti għal awtoritajiet superviżorji nazzjonali oħra, b’mod partikolari informazzjoni relatata mal-ħidma u l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, l-aħjar prattiki u proċeduri tagħhom fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jikkooperaw, meta xieraq, permezz ta’ arranġamenti ta’ ħidma, għall-finijiet ta’ assistenza reċiproka fil-kompiti tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 5 u t-trattament ta’ investigazzjonijiet u stħarriġ.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Fil-każ ta’ forniment transfruntier ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fi spazji tal-ajru li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li jiġu konklużi l-ftehimiet meħtieġa għas-superviżjoni ta’ dawk is-servizzi. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati għandhom jiffaċilitaw il-forniment ta’ dawk is-servizzi transfruntieri mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u jistgħu jistabbilixxu arranġamenti ta’ ħidma jew pjanijiet ta’ sorveljanza xierqa li jispeċifikaw l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Fil-każ tal-forniment transfruntier ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fi spazju tal-ajru li hu fir-responsabbiltà ta’ Stat Membru ieħor, il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jipprevedu r-rikonoxximent reċiproku tat-twettiq, minn kull wieħed mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet tagħhom, tal-kompiti stipulati f’dan ir-Regolament u tar-riżultati tat-twettiq ta’ dawn il-kompiti. Għandhom jispeċifikaw ukoll liema awtorità superviżorja nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-kompiti stipulati fl-Artikolu 5(1).
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Meta jkun permess mil-liġi nazzjonali u bil-għan li jkun hemm kooperazzjoni reġjonali, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jistgħu wkoll jikkonkludu ftehimiet dwar il-qsim tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-kompiti superviżorji.
|
|
Artikolu 6 6
|
6. Il-ftehimiet imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu notifikati mill-Istati Membri kkonċernati lill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|