4. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-forniment, mingħajr ċertifikazzjoni mill-militar tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru msemmija fl-Artikolu 2(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2018/1139 fl-ispazju tal-ajru kollu jew f’parti minnu taħt ir-responsabbiltà tagħhom fejn il-militar joffri tali servizzi primarjament lil movimenti tal-inġenji tal-ajru għajr it-traffiku tal-ajru ġenerali. F’dawn il-każijiet, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu.