7. L-Artikoli 23, 24, 25 u 27 u r-regoli ta’ implimentazzjoni relatati ma’ dawk l-Artikoli msemmija fl-Artikolu 28 ma għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru deżinjati bħala riżultat ta’ proċedura tal-akkwist imwettqa f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kkonċernati għandhom jipprovdu data dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (a) u fil-qasam tas-sikurezza lill-awtorità superviżorja nazzjonali. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.