+Artikolu 11 Kundizzjonijiet għall-forniment tas-servizzi tas-CNS, tal-AIS, tal-ADS, tal-MET u ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għall-kontroll tal-avviċinament u tal-ajrudrom
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
---+Artikolu 11 3
---+Artikolu 11 4
---+Artikolu 11 5
---+Artikolu 11 6
---+Artikolu 11 7
---+Artikolu 11 8

Artikolu 11 Kundizzjonijiet għall-forniment tas-servizzi tas-CNS, tal-AIS, tal-ADS, tal-MET u ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru għall-kontroll tal-avviċinament u tal-ajrudrom

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u għad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), fejn applikabbli, il-fornituri deżinjati tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jistgħu jiddeċiedu li jakkwistaw servizzi tas-CNS, tal-AIS jew tal-ADS, jew tal-MET f’każijiet fejn l-Istati Membri ma jkunux iddeżinjaw fornitur tal-MET f’konformità mal-Artikolu 10, skont il-kundizzjonijiet tas-suq, inkluż permezz ta’ akkwisti pubbliċi, jew forom oħra ta’ ftehimiet f’każijiet fejn dawk id-Direttivi ma japplikawx, filwaqt li jitqiesu sitwazzjonijiet speċifiċi bħan-nuqqas ta’ soluzzjonijiet disponibbli fis-suq u kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku.

Artikolu 11 2

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-operaturi tal-ajruporti, jew grupp ta’ operaturi tal-ajruporti, jakkwistaw servizzi tat-traffiku tal-ajru għall-kontroll tal-ajrudrom u/jew servizzi tat-traffiku tal-ajru għall-kontroll tal-avviċinament skont kundizzjonijiet tas-suq. Għal dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu mingħand l-operaturi tal-ajruporti ġustifikazzjoni xierqa li dan jippermetti li jkun hemm gwadann mil-lat ta’ kwalità tas-servizz għall-benefiċċju tal-utenti tal-ispazju tal-ajru, filwaqt li jinżamm il-livell meħtieġ ta’ sikurezza.

Artikolu 11 3

3.   Meta l-akkwist imsemmi fil-paragrafu 2 ikun permess, l-operatur ta’ ajruport rilevanti jew grupp ta’ operaturi ta’ ajruporti għandu jiżgura li r-rekwiżiti tekniċi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta jinkludu rekwiżiti dwar il-kwalità tas-servizz. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw lill-fornitur ta’ servizzi magħżul bħala riżultat tal-akkwist imsemmi f’dan il-paragrafu.

Artikolu 11 4

4.   Fejn servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru huma akkwistati taħt kundizzjonijiet tas-suq, il-proċeduri ta’ akkwist għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jitwettqu f’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali, nondiskriminazzjoni u trasparenza kif ukoll tad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat u f’konformità mad-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE, fejn applikabbli.

Artikolu 11 5

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru en route jirrispetta r-rekwiżit li jikkonċerna s-separazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 36(3).

Barra minn hekk, fejn il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jkun beħsiebu jipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwist għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru f’konformità mal-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru rilevanti għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jevita s-sussidjar inkroċjat ma’ servizzi oħra tan-navigazzjoni bl-ajru.

Artikolu 11 6

6.   Fornitur tas-servizzi tas-CNS, tal-AIS, tal-ADS, tal-MET jew tat-traffiku tal-ajru għall-kontroll tal-ajrudrom jew għall-kontroll tal-avviċinament jista’ jintgħażel biss u, jekk adatt, jiġi ddeżinjat biex jipprovdi servizzi fi Stat Membru bħala riżultat ta’ akkwist skont il-paragrafi 1, 2 jew 3, bil-kundizzjoni li jkun konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

ikollu ċertifikat skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew dikjarazzjoni valida skont l-Artikolu 41(5) tar-Regolament (UE) 2018/1139, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4) ta’ dan ir-Regolament;

(b)

ikollu l-post tan-negozju prinċipali tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru;

(c)

aktar minn 50 % tiegħu jkun jappartjeni lill-Istati Membri jew liċ-ċittadini tal-Istati Membri u huwa effettivament ikkontrollat minnhom, kemm direttament jew indirettament permezz ta’ impriża intermedja waħda jew aktar, għajr jekk previst fi ftehim ma’ pajjiż terz li l-Unjoni tkun parti għalih; u

(d)

jikkonforma ma’ rekwiżiti tas-sigurtà u tad-difiża nazzjonali.

B’deroga minn dan il-paragrafu, fornitur ta’ servizzi globali bis-satellita li jkun ingħata ċertifikat skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2018/1139 biex jipprovdi servizzi fi ħdan l-Unjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jintgħażel biex jipprovdi servizzi fl-Unjoni anki jekk ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c).

Artikolu 11 7

7.   L-Artikoli 23, 24, 25 u 27 u r-regoli ta’ implimentazzjoni relatati ma’ dawk l-Artikoli msemmija fl-Artikolu 28 ma għandhomx japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru deżinjati bħala riżultat ta’ proċedura tal-akkwist imwettqa f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kkonċernati għandhom jipprovdu data dwar il-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (a) u fil-qasam tas-sikurezza lill-awtorità superviżorja nazzjonali. L-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tipprovdi din l-informazzjoni lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 11 8

8.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/25/UE jew 2014/24/UE, l-ewwel darba li servizz tat-traffiku tal-ajru għall-kontroll tal-avviċinament jew tal-ajrudrom jiġi akkwistat f’ajruport partikolari f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u meta l-kundizzjonijiet essenzjali jkunu jeħtieġu bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-verifika tar-rekwiżiti tekniċi dwar il-kwalità tas-servizz inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta għas-servizz speċifiku kkonċernat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.