3. Il-Kummissjoni tista’ tattendi, mingħajr id-dritt tal-vot, il-laqgħat tal-PRB, bl-eċċezzjoni tad-deliberazzjonijiet finali tal-PRB għall-adozzjoni tal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-rapporti u l-materjal ta’ gwida tiegħu. Il-partijiet ikkonċernati rilevanti msemmija fl-Artikolu 49(3) jistgħu jiġu mistiedna, mingħajr id-dritt tal-vot, għal-laqgħat tal-PRB, bl-eċċezzjoni tad-deliberazzjonijiet finali tal-PRB għall-adozzjoni tal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-rapporti u l-materjal ta’ gwida tiegħu, fuq bażi ad hoc.