+Artikolu 28 Implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni
---+Artikolu 28 (a)
---+Artikolu 28 (b)
---+Artikolu 28 (c)
---+Artikolu 28 (d)
---+Artikolu 28 (e)
---+Artikolu 28 (f)
---+Artikolu 28 (g)
---+Artikolu 28 (h)
---+Artikolu 28 (i)
---+Artikolu 28 (j)
---+Artikolu 28 2

Artikolu 28 Implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni

Għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu rekwiżiti u proċeduri dettaljati fir-rigward tal-Artikolu 21(4) u l-Artikoli 22 sa 27, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 (a)

it-tħejjija, l-iżvilupp, il-valutazzjoni, l-approvazzjoni u r-reviżjoni tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni;

Artikolu 28 (b)

l-istabbiliment ta’ miri ta’ prestazzjoni, il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tagħhom, inkluż għall-valutazzjoni tal-konsistenza tal-miri għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, u metodoloġija biex jiġu definiti l-valuri diżaggregati;

Artikolu 28 (c)

il-prinċipji ġenerali għall-allokazzjoni tal-kostijiet komuni bejn is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal, kif imsemmi fl-Artikolu 21(4), il-punt (l);

Artikolu 28 (d)

il-monitoraġġ tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni, tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tan-network il-mekkaniżmi ta’ allert għar-reviżjoni tal-pjanijiet u l-miri ta’ prestazzjoni u għar-reviżjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha matul perjodu referenzjarju u l-ħruġ ta’ miżuri korrettivi kif imsemmi fl-Artikoli 21(4), 23, 24, 25 u 27;

Artikolu 28 (e)

l-iskedi taż-żmien għall-proċeduri kollha;

Artikolu 28 (f)

mekkaniżmu biex jiġu indirizzati avvenimenti, imsemmi fl-Artikolu 21(4), il-punt (m);

Artikolu 28 (g)

l-istabbiliment ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u indikaturi għall-monitoraġġ. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-klima u l-ambjent ladarba jkun possibbli li jiġu stabbiliti indikaturi li jkunu validi, affidabbli u li jistgħu jitkejlu. Bħala minimu, dawk l-indikaturi għandhom ikunu kapaċi juru u jkejlu l-impatti f’dik iż-żona li jistgħu jiġu influwenzati direttament mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru;

Artikolu 28 (h)

metodoloġija għall-valutazzjoni komparattiva;

Artikolu 28 (i)

l-iskemi ta’ inċentivi;

Artikolu 28 (j)

il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-pjanijiet konġunti ta’ prestazzjoni.

Artikolu 28 2

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.