Artikolu 33
Implimentazzjoni tal-iskema ta’ imposti
Għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ imposti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu rekwiżiti u proċeduri dettaljati fir-rigward tal-Artikoli 29 sa 32 b’mod partikolari fir-rigward tal-bażijiet tal-kost u l-kostijiet iddeterminati, l-istabbiliment tar-rati unitarji, il-mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tar-riskju u l-modulazzjoni tal-imposti, u l-modalitajiet tal-forniment ta’ data mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).