5. Il-kostijiet relatati kemm mas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route kif ukoll mas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal għandhom jiġu allokati f’konformità mal-prinċipji ġenerali msemmija fl-Artikolu 21(4), il-punt (l). Ma għandux ikun permess sussidju inkroċjat bejn is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal. Is-sussidju inkroċjat għandu jitħalla jsir bejn is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru f’waħda minn dawk iż-żewġ kategoriji biss meta dan ikun ġustifikat minħabba raġunijiet oġġettivi, soġġett għal identifikazzjoni ċara f’konformità mal-Artikolu 36(3).