1. L-Artikoli 21 sa 34 ma għandhomx japplikaw għall-militari li jipprovdu servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru primarjament għall-movimenti tal-inġenji tal-ajru għajr it-traffiku tal-ajru ġenerali.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw dawk l-Artikoli għall-militari li jipprovdu servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru primarjament għall-movimenti tal-inġenji tal-ajru għajr it-traffiku tal-ajru ġenerali.
Meta d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 21 sa 34 ma japplikawx għall-militari li jipprovdu servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, il-kostijiet tas-servizzi relatati ma għandhomx ikunu parti mill-kostijiet iddeterminati msemmija fl-Artikolu 30(1).